Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ERARJI PUBBLICI  U  ARTIJIET

pr1433
Date Icon 27/08/2009
EbdaKsur ta’ Data  Protection
Is-Segretarjat Parlamentari għall-ErarjiPubblici u Artijiet jinnota b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data b’konnessjoni mal-file tal-Każin tal-Partit Laburista tas-Siġġiewi datata 24 ta’ Awwissu 2009,  liema deċiżjoni tikkonkludi bl-iktar mod ċar illi fl-ebda waqt ma kien hemm ksur tal-Att dwar il-Protezzjoni  u l-Privatezza tad-Data.  Għalhekk l-allegazzjonijiet kollha li saru mill-Partit ta’ l-Oppożizzjoni u mill-media tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni kienu infondati.
Ir-rapport tal-Kummissarju għall-Protezzjonitad-Data jixħet dawl fuq il-fatt illi kienet haġa normali li l-file kien għand is-Segretarju Parlamentari.  Ir-rapport jgħid:
Hija l-proċedura normali ta’amministrazzjoni li titħaddan mid-
Dipartimenttal-Artijiet, li fejn tidħol deċiżjoni ta’ policy, il-files li
fuqhom tkun trid tittieħedtali deċiżjoni, jgħaddu għand is-Segretarju
Parlamentari għall-ErarjiPubbliċi u Artijiet għall-approvazzjoni.
Dan ixejjen l-akkużi tal-media tal-Partit ta’l-Oppożizzjoni illi allegaw abbuż f’dan il-pass tal-proċedura.
Ta’ min jinnota li r-Rapport jgħid ukoll illi  “id-Dipartiment(tal-Artijiet) ipprovda l- informazzjoni kollha meħtieġa u kkopera bl-iktar mod xieraq”.  Hekk jagħmel min ma jkollu xejn x’jaħbi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow