348 Persuna f’Għawdex isibu xogħol permezz tal-‘Gozo Employment Aid Scheme’ u tal-‘Employment Aid Programme’
pr1432
27/08/2009
| “348 persuna f’Għawdex sabu xogħol permezz tal-‘Gozo | Employment Aid Scheme’ u tal-‘Employment Aid Programme’.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said waqt żjara li għamel fil-kumpless kummerċjali The Duke f’Victoria, Għawdex. |
| Chris Said zar tliett stabbilimenti f’dan | il-kumpless li kollha bbenefikaw minn din l-għajnuna u ħolqu opportunitajiet akbar ta’ xogħol fil-gżira Għawdxija. |
| Chris Said qal li bejn l-2007 u l-2008, | mill-programm “Gozo Employment Aid Scheme”, li kien finanzjat mill-Malta Enterprise u mħaddem mill-Employment and Training Corporation (ETC), ibbenefikaw 94 kumpanija u 264 ħaddiem li minnhom 139 kienu nisa. 37% ta’ dawk li pparteċipaw kienu nies li kienu qed jirreġistraw. |
| Din l-iskema serviet ta’ proġett pilota għall-Employment | Aid Programme li jikkontribwixxi sabiex jintegra persuni żvantaġġjati u persuni b’diżabilita’ fid-dinja tax-xogħol. Dan il-programm jiffaċilita wkoll l-aċċess għax-xogħol permezz ta’ assistenza finanzjarja. |
| L-‘Employment Aid Programme’, li jaqa’ | taħt il-European Social Fund, huwa amministrat mill-ETC f’Għawdex. Il-fondi allokati sal-24 ta’ dan ix-xahar jaqbżu l-420,000 Euros u minnhom bbenefikaw 56 kumpanija u 84 ħaddiem. Chris Said qal li l-programm jgħin biex itejjeb il-ħiliet ta’ dawk li huma mbiegħda mid-dinja tax-xogħol permezz ta’ esperjenza ta’ xogħol. |
| Is-Segretarju Parlamentari enfasizza | l-importanza tat-taħriġ u tal-ħolqien tax-xogħol. Huwa qal li mill-budget tal-Unjoni Ewropeja allokat għal Malta, hemm numru ta’ proġetti u skemi li huma mmirati mhux biss biex ikun hemm infrastruttura u tagħmir meħtieġ, imma wkoll biex il-ħaddiema żgħażagħ, dawk li qed ifittxu x-xogħol u dawk li jridu jibdlu x-xogħol tagħhom jitħarrġu u jingħataw esperjenzi ġodda. |
| Aktar minn 11,645 persuna ta’ etajiet differenti | pparteċipaw f’korsijiet ta’ edukazzjoni li saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea fil-perjodu 2006-2008. Fost il-korsijiet organizzati kien hemm dawk immirati lejn nisa tad-dar, nisa li jridu jiftħu negozju għal rashom, persuni b’diżabilita’għall-għalliema u oħrajn għall-anzjani. Fil-perjodu 2007-2013, grazzi għall-fondi tal-Unjoni Ewropeja, se jiġu organizzati ‘il fuq minn 200 kors ieħor u minnhom se jibbenefikaw aktar minn 20,000 persuna. |
| Chris Said faħħar l-inizjattiva | tal-istabbilimenti f’The Duke u lil 53 kumpanija oħra f’Għawdex li bbenefikaw mill-‘Employment Aid Programme’ talli mhux biss għarfu l-potenzjal u l-opportunitajiet li toffri l-Unjoni Ewropea, iżda wkoll għal fatt li ħolqu opportunitajiet ġodda ta’ xogħol. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en