STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
| LIL MIN IRID | IREBBAH IT-TENDER EVARIST BARTOLO? |
| Il-fatti dwar | it-tender li rrefera għalih Evarist Bartolo il-bieraħ huma li t-tender inħareġ mill-MITA fid-19 ta’ Mejju 2009 u ntużat is-sistema msejjħa “3 package system”. Sa llum it-tender wasal fid-deċiżjonijiet relattivi għall-ewwel żewġ pakketti liema deċiżjonijiet ġew ippublikati fl-1 ta’ Lulju 2009 (Pakkett 1) u fit-30 ta’ Lulju 2009 (Pakkett 2). |
| Ta’ | min josserva illi: |
1. Ħadd mill-kumpaniji li tefgħu l-offerta m’appella minn ebda waħda minn dawn id-deċiżjonijiet
minkejja li kellhom kull dritt jagħmlu dan;
2. Hu għalhekk kurjuż ħafna kif meta l-anqas wieħed mill-offerrenti m’appella jindaħal l-Onor. Bartolo fi
proċess pubbliku u legali u jinsisti li offerent partikolari għandu jitħalla barrra;
3. Il-konkluzjoni loġika ta’ dan l-indħil indebitu, kurjuż u nieqes mill-etika hu li l-Onor. Bartolo
jippretendi li għax hu Deputat għandu xi dritt li jindaħal jew ibiddel jew jinfluwenza proċess
trasparenti ta’ tendering.
| Iżda l-ħaġa | ssir aktar u aktar kurjuża meta tirrealizza li waqt li l-Onor. Bartolo qed jinsisti li xi kumpanija/i ma kellhomx jiġu kkunsidrati għax m’għandhomx il-kapaċità u/jew il-livell tekniku neċessarju, il-realtà hi li – kif jaf l-Onor. Bartolo, għax nassumu li qara d-dokumentazzjoni tat-tender – l-evalwazzjoni kompleta (jiġifieri kemm dik tekninika u finanzjarja) tal-offerenti tiġi deċiża fit-tielet stadju tal-proċess, stadju li l-Ministeru hu informat li għadu ma ġiex kompletat u lanqas biss tressaq quddiem il-Bord tal-MITA. |
| Fi kliem sempliċi | ħafna, l-Onor. Bartolo li jaf li bħalissa qed tiġi evalwata l-kapaċità teknika ta’ kull min għamel offerta, konxjement uża l-pulptu pubbliku biex jagħmel pressjoni fuq min irid jagħmel l-evalwazzjoni u b’hekk jipprova jimmanuvra l-għotja tat-tender lil min jidhirlu hu. L-Onor. Bartolo jista jserraħ rasu li waqt li l-evalwazzjoni teknika hi parti mill-proċess din issir minn nies esperti u professjonali u mhux minn xi ċirinew mingħajr ebda kwalifiċi. |
| M’hemmx | spjegazzjoni oħra għal din il-mossa insolita ħafna, fejn politiku jindaħal – kontra kull regola u etika – fi proċess ta’ tendering propju fil-ġranet meta qed issir l-evalwazzjoni u b’makakkerija liema bħalha jipprova jimplika li l-evalwazzjoni tkun diġà saret. |
| Il-proċess | ta’ “tendering” f’Malta hu regolat b’regolamenti pubbliċi u proċess trasparenti konformi mar-regoli tal-Unjoni Ewropea. Min jipparteċipa f’dan il-proċess għandu kull opportunità biex jappella mid-deċiżjonijiet li jittieħdu fid-diversi stadji tal-proċess, appelli li jinstemgħu minn tribunal independenti. Dan il-Gvern għandu fiduċja sħiħa fit-tħaddim trasparenti u indipendenti ta’ dan il-proċess li darba wara oħra wera kemm jitħaddem tajjeb u b’serjetà. |
| Politiċi | bħall-Onor. Bartolo li jridu jgħamluha ta’ akkużaturi u ġudikanti u jippretendu li jiddeċiedu huma min għandu u min m’għandux jirbaħ it-tenders iservu biss biex ifakkruna fi żmien meta l-Onor. Bartolo – u ħafna mill-membri tal-Oppożizzjoni tal-lum – kienu parti minn dak il-partit fil-Gvern li verament kienu jiddeċiedu t-tenders b’dan il-mod. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en