XOGĦLIJIET FUQ 162 TRIQ LOKALI
pr1423
25/08/2009
| “Għas-sena 2009 | il-Gvern għadda s-somma ta’ 4.8 miljun Euro sabiex jintefqu fuq manutenzjoni estensiva jew kisi mill-ġdid bit-tarmak ta’ 162 triq li taqa’ taħt ir-responsabbilita’ tal-kunsilli lokali”. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said waqt żjara li għamel fuq xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fi Triq Ferdinand Von Hompesch fin-Naxxar. |
| Chris Said qal li | waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar it-tiġdid tal-kunsilli lokali, l-istat tat-toroq, flimkien mal-indafa, kien preokkupazzjoni prinċipali tar-residenti u l-Gvern irid jgħaddi l-għodda lill-kunsilli lokali sabiex dawn jagħtu l-aqwa servizz u jindirizzaw din il-preokkupazzjoni. |
| Għall-ewwel darba | l-kunsilli lokali qed jiġu obbligati jonfqu l-flus allokati għat-toroq propju f’dan is-settur u, bħala riżultat ta’ din il-miżura, b’kollox se jkunu qed jiġu investiti 4.8 miljun Euro fuq 162 triq lokali. |
| Aktar minn mitt | triq minn dawn imsemmija, diġa’ tlestew, filwaqt li l-oħrajn għaddej ix-xogħol fuqhom jew se jitlestew sal-aħħar ta’ din is-sena. |
| Is-Segretarju | Parlamentari Chris Said qal li Triq Ferdinand Von Hompesch hija waħda minn sitt toroq li l-kunsill lokali tan-Naxxar approva biex ikunu miksija mill-ġdid u jinbnew mill-ġdid il-bankini. Ix-xogħol jinkludi wkoll tqegħid ta’ servizzi ġodda sabiex ma jkunx hemm għalfejn tinqala’ t-triq. |
| Minn dawn is-sitt | toroq erbgħa huma lesti u x-xogħol fuq Triq Ferdinand Von Hompesch mistenni jkun lest fi żmien ħmistax –il ġurnata oħra. Meta jitlesta’ dan ix-xogħol se jibda x-xogħol fuq Triq il-Ħamrija. |
| Chris Said qal li | l-Kunsill Lokali tan-Naxxar jimxi bi prijoritajiet u jara li z-zoni kollha tal-lokalita’ jkollhom l-istess trattament. In-Naxxar huwa lokalita’ b’ammont kbir ta’ toroq fi stat tajjeb filwaqt li l-ADT tinsab fil-proċess li tibni tmien toroq oħra fin-Naxxar li qatt ma kienu saru. |
| Bl-investiment | fit-toroq il-kunsill lokali qiegħed mhux biss inaqqas l-ispiża tal-manutenzjoni iżda qiegħed ukoll joħloq sitwazzjoni li tagħmilha aktar faċli biex tinżamm l-indafa. |
| Fin-Naxxar | għaddej ukoll xogħol fuq bankini, anki fejn it-toroq huma tajbin, sabiex ikun hemm aċċessibilità għal kulħadd. |
| Chris Said | inkoraġġixxa lill-kunsilli lokali kollha biex ikomplu bix-xogħlijiet fuq aktar toroq ħalli tassew jilħqu l-aspettattiva tar-residenti u jkunu qed jagħtu l-aqwa servizz. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en