STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, TRASPORT U KOMUNIKAZZJONI
pr1419
24/08/2009
| L-Oppożizzjoni tfixkel biex ma jsirux korsijiet | ta’ l-ICT |
| L-Oppożizzjoni Laburista permezz tal-kelliem | tagħha, Evarist Bartolo illum harget stqarrija dwar tender mahrug mill-MITA li mhux biss għadu ma ngħatax imma li r-rapport dwaru għadu l-anqas biss tlesta. |
| Evarist Bartolo qed jipprova tfixkel proċess | trasparenti li għaddej bħalissa biex jingħata l-kors għad-Diploma fl-ICT, magħrufa aktar bħala Second Step Training Programme u għazel li jikkumenta dwaru qabel ma għadu biss ingħata, f’attentat sfaċċat biex jinfluwenza l-kors tal-istess tender. |
| Sal-lum il-proċess ta’ l-aġġudikazzjoni għadu | għaddej. L-ewwel u t-tieni fażi ta’ dan il-proċess huma lesti pero’ fadal l-aktar fażi importanti biex jingħata t-tender u allura l-għażla tat-tenderer rebbieħ. Għalhekk l-allegazzjonjiet li għamel d-Deputat Laburista Evarist Bartolo huma mhux biss prematuri u infondati imma evidentement iridu jinfluwenzaw il-Bord tal-għażla fl-għażlalu tagħhom favur jew kontra tenderer/s partikolari. Din l-azzjoni tal-Onorevoli Bartolo hi llegali u kontra kull etika għaliex il-proċessi ta’ tendering f’pajjizna huma regolati bil-liġi u kull min jidirlhu li dik il-liġi ma ġietx osservata għandu dritt jappella. |
| Minflok l-Onorevoli Bartolo ħa fuqu l-oneru li | jkun akkuzatur, ġudikatur u Qorti tal-Appell, rwol li ċertament ma jixraqlux. |
| Fl-istqarrija tiegħu, l-Onor. Bartolo jinswa | b’mod l-aktar diżonest li l-Ministru Gatt jew kellu x’jaqsam ma’ xi għażla li suppost saret jew inkella saret biex taqdi xi interssi jew konnessjoni li l-Ministru Gatt suppost għandu. Il-Ministru Gatt jiddikjara li hu diġa’ talab parir legali biex jara jistax jipproċedi f’każ ta’ libell kontra l-Onor Bartolo għax mhux biss ma kien involut f’ebda stadju tl-proċess iżda l-anqas biss kien jaf li kien hemm it-tender! |
| L-allegazzjonijiet li saru kemm fil-konfront | tal-Ministru Austin Gatt kif ukoll fil-konfront tal-MITA huma meqjsa serji ħafna u għalhekk se jittieħdu l-mizuri kollha possibli kontra l-Onor. Bartolo |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en