Left arrow Go Back

ĠNIEN ORESTE CHIRCOP FIL-ĦAMRUN- PROĠETT IEĦOR PERMEZZ TA’ FONDI SPEĊJALI MILL-URBAN IMPROVEMENT FUND

pr1414
Date Icon 24/08/2009
“L-Urban Improvement Fund huwa għoddafinanzjarja oħra li qed tgħin `il kunsilli lokali biex jagħmlu inizzjattivi u proġetti sabiex intejjbu u nsebbħu l-ambjent urban”.  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said meta żar xogħlijiet li għaddejin bħalissa fuq Ġnien Oreste Chircop fil-Ħamrun.
Ix-xogħolijiet jikkonsistu f’kostruzzjoni mill-ġdidta’ dan il-ġnien u installazzjoni ta’ dawl u litter bins ġodda.  Permezz ta’ dan il-proġett il-ġnien se jkollu wkoll feature bl-ilma u se jkun aċċessibbli għal kulħadd. Nofs il-proġett se jiġi finanzjat mill-Urban Improvement Fund
Dan il-proġett b’kollox se jiġi jiswa madwar155,600 Euros li 71,279 minnhom se jkunu finanzjati mill-Urban Improvement Fund.
L-Urban Improvement Fund huwa magħmulminn pagamenti li jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ parkeġġi marbuta ma’ proġetti partikolari fil-lokalità u għalhekk, permezz ta’ dan il-fond, l-iżvilupp fil-lokalità jiffinanzja proġetti li jsebbħu l-ambjent urban.
Is-suċċess ta’ dan il-fond tal-MEPA huwariżultat tal-ħidma mill-qrib li l-MEPA qed twettaq mal-Kunsilli Lokali.
Chris Said qal li permezz ta’ dan il-fondil-Gvern qed jikkonferma l-impenn tiegħu biex naslu għal-lokalitajiet sostenibbli filwaqt li qed jindirizza l-impatt li jħalli l-iżvilupp f’ċertu lokalitajiet billi jiġu ffinanzjati proġetti li jsebbħu l-istess lokalitajiet.
Chris Said qal li minbarra ż-żieda ta’ 17% fl-allokazzjonidiretta lill-kunsilli lokali hemm diversi fondi oħra addizzjonali li qed jgħinu `l kunsilli lokali jaħdmu aħjar u jilħqu l-aspetattivi tar-residenti.
L-Urban Improvement Fund huwa wieħedmis-sorsi ta’ finanzjament addizzjonali u fl-aħħar sentejn u nofs dan il-fond qabeż it-8 miljun Euro.
Xogħlijiet oħra li għaddejin fil-Ħamrunfil-preżent huma t-tieni fażi tal-proġett ta’ kostruzzjoni ta’ parkeġġ taħt l-art u uffiċċju amministrattiv tal-kunsill lokali, u eżerċizzju estensiv ta’ patching tat-toroq u tindif ta’ culverts tal-ilma tax-xita.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said qal li l-lokalitàtal-Ħamrun għandha livell ta’ żvilupp kummerċjali qawwi u dan joffri sfida qawwija sabiex il-lokalita’ tinżamm fuq livell sostenibbli.
Chris Said faħħar lill-kunsill lokali tal-Ħamrungħal mod kif dan, minkejja d-diffikultajiet kollha li joffru ċ-ċirkostanzi partikolari tal-lokalità, qed jaħdem bis-sħiħ biex il-Ħamrun jiżviluppa b’mod sostenibbli u jipprova joħloq bilanċ bejn l-aspett kummerċjali u l-kwalita tal-ħajja tar-residenti.
Chris Said qal li l-kunsill lokali ta-Ħamrungħadu kif applika b’suċċess biex jieħu s-somma ta’ 25,000 Euro sabiex iħejji studju dwar żvilupp sostenibbli fuq livell ħolisitiku.  Dan huwa parti minn proġett pilota li fih se jkunu qed jieħdu sehem tlett lokalitajiet bil-ħsieb li `il quddiem jinfirex fuq il-lokalitajiet kollha f’Malta u Għawdex.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow