Left arrow Go Back

Delegazzjoni kummerċjali  għall-Qatar

pr1408
Date Icon 21/08/2009
Delegazzjoni kummerċjali ta’ 26 negozjant uprofessjonisti se jakkumpanjaw lill-E.T. il-President ta’ Malta, Dr George Abela u l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, l-Onor. Dr. Tonio Borg fi żjara statali li se ssir fil-Qatar bejn nhar it-Tlieta, 25 u s-Sibt, 29 ta’ Awissu. Dan tħabbar waqt laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin illum, fejn il-Ministru Tonio Borg indirizza lid-delegazzjoni kummerċjali.
Din iż-żjara hija parti minn kullana ta’ żjaratli qed jiġu organizzati mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Malta Enterprise. Din hija r-raba’ waħda wara li ġew organizzati żjarat kummerċjali oħra matul is-sena li għaddiet fil-Portugall u fl-Ukraina, u iktar kmieni din is-sena fil-Polonja.
F’din id-delegazzjoni se jieħdu sehem 26negozjanti u professjonisti mis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija, fosthom dawk marbuta mal-edukazzjoni, saħħa, manifattura, servizzi finanzjarji, turiżmu u oħrajn. Se jkunu prezenti wkoll membri ta’ għaqdiet li jirrappreżentaw is-settur tan-negozju f’Malta.
Permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea, MaltaEnterprise se tkun qed tiffinanzja nofs l-ispiża li daħlu għaliha d-delegazzjoni kummerċjali.
Huwa ppjanat li l-Viċi Prim Ministru Tonio Borgmatul din iż-żjara fil-Qatar jiffirma ħames ftehim bilaterali bejn iż-żewġ pajjizi, li fosthom jinkludu trattat dwar il-ħelsien mit-tassazzjoni doppja, ftehim dwar is-servizzi tal-ajru, u ieħor dwar sports u ftehim legali.
Illum Malta tesporta 2.5 miljun ewro lejnil-Qatar iżda l-potenzjal li dan l-ammont jiżdied huwa tajjeb ħafna. Dwar din iż-żjara, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Tonio Borg sostna li din tagħmel parti mill-istrateġija li qed jimplimenta l-Ministeru tieghu flimkien mal-Malta Enterprise, sabiex jiġi attirat iktar investiment u jinħolqu iktar opportunitajiet għan-negozjanti u l-professjonisti Maltin.
Huwa fakkar kif il-Ministeru tal-AffarijietBarranin qed ipoġġi fuq quddiem tal-aġenda tiegħu l-investiment dirett barrani u l-ħolqien tal-impjiegi f’Malta permezz tal-kuntatti diplomatiċi tiegħu li għandu barra l-pajjiż.
Il-Viċi Prim Ministru stqarr li l-Qatar huwapajjiż b’opportunitajiet kbar ta’ investimenti speċjalment minħabba l-fatt li għandu proġetti importanti ħafna fil-qasam soċjali u ekonomiku, kif ukoll qed jaħdem bis-sħiħ biex isaħħaħ l-infrastruttura tiegħu.
Qed jinvesti wkoll ħafna fit-turiżmu, tant liqed jinbnew simultanjament 50 lukanda fil-pajjiż. Din iż-żjara hija importanti wkoll għall-Malta minħabba li hemm numru ta’ Maltin li diġa’ qed joperaw b’suċċess fil-Qatar f’setturi varji tal-ekonomija tal-pajjiż, fosthom is-servizzi finanzjarji, kulturali, tat-telekomunikazzjoni u fis-settur tal-ospitalita’.
Minkejja dan, sostna l-Viċi Prim Ministru, diniż-żjara se sservi ta’ ġid għaliex il-Qatar għandu bżonn bosta persuni esperti f’diversi oqsma u l-Maltin bil-livell għoli ta’ edukazzjoni li għandhom, għandhom il-potenzjalita’ li jaħtfu opportunitajiet ta’ xogħol.
Il-Qatar huwa pajjiż li jagħmel parti mill-GulfCooperation Council (GCC) u minkejja li huwa wieħed mill-iżgħar pajjiżi f’dan il-kunsill, huwa it-tieni l-ikbar pajjiż fid-dinja li għandu riservi ta’ gass, u l-ekonomija tiegħu fl-aħħar snin kibret b’pass imgħaġġel ħafna.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow