DEROGA GĦAT-TEĦID TA’ ĊERTA GĦASAFAR
pr1398
18/08/2009
| Fid-dawl tad-deroga | li ser tiġi applikata għat-teħid tal-gamiem u s-summien (bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u t-30 ta’ Ottubru 2009) u tal-pluvieri u l-malvizz (bejn l-20 ta’ Ottubru 2009 u l-10 ta’ Jannar 2010), il-Gvern jinforma li l-carnet de chasse ser jintbagħat matul il-ġranet li ġejjin. |
| Il-persuni li | jixtiequ jagħmlu użu mid-deroga għandhom imorru bil-carnet de chasse fl-Għassa tal-Pulizija sabiex iħallsu l-liċenzja. Huma għandhom jieħdu magħhom żewġ site plans li jindikaw is-sit ta’ fejn ser jonsbu (sa massimu ta’ żewġ siti); kopja minnhom għandha titħalla fl-Għassa tal-Pulizija u l-oħra tittieħed lura. |
| Matul din id-deroga, il-malja (mesh) | tax-xbieki wżati ma tistax tkun anqas minn 30 millimetru bi 30 millimetru. Fl-istess perjodu, qrib fejn ikun qed isir l-insib ma jistax jinżamm dak li għandu x’jaqsam ma’ teħid ta’ għasafar li għalihom ma tapplikax id-deroga. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en