Left arrow Go Back

592 Proġett u Inizjattivi fil-qasam taż-żgħażagħ b’fondi tal-Unjoni Ewropea

pr1390
Date Icon 17/08/2009
“Bl-għajnunatal-UE saru 592 proġett u inizjattivi fil-qasam taż-żgħażagħ u fihom ħadu sehem aktar minn 9,300 żagħżugħ u żagħżugħa.  Dawn ivarjaw minn parteċipazzjoni f’taħriġ, studju, skambji ta’ żgħażagħ u partnerships bejn skejjel Maltin u skejjel Ewropej, kif ukoll partnerships ta’ għaqdiet.”
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said meta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, iltaqa’ ma’ grupp ta’ żgħażagħ li kienu se jibdew vjaġġ lejn il-Ġermanja biex jipparteċipaw fl-“Open Your Hands for New Friends”, taħt il-programm tal-UE ‘Youth in Action’.
Il-mawrataż-żgħażagħ Maltin barra minn xtutna hija l-ewwel stadju minn Youth Exchange tri-laterali bejn Y’s (Malta), Ateitininku Federacija (Litwanja) u KjG (Ġermanja).
Aktar minn 20żagħżugħ u żagħżugħa Maltin se jqattgħu disat ijiem fil-Ġermanja flimkien ma’ gruppi mill-Ġermanja u mil-Litwanja.  L-għan ta’ dan l-iskambju hu li jinħolqu ħbiberiji ġodda f’pajjiżi differenti u li jiġu skoperti setturi fejn iż-żgħazagħ jistgħu jipparteċipaw b’mod sħiħ.
Il-proġettiwassal ukoll għal proċess ta’ taghlim mhux formali u l-akkwist ta’ ħiliet ġodda.  Aspett ieħor importanti ta’ dan il-programm huwa l-Youthpass li jipprovdi l-opportunita’ li wieħed jagħmel objettivi għalih innifsu u jipprova jilħaqhom.
Chris Said qal liż-żgħażagħ li jipparteċipaw fi programmi bħal dawn qed jagħtu prova li s-sħubija ta’ Malta fl-UE mhix xi ħaġa astratta iżda hija kunċett li minnu jibbenefika kulħadd: il-familji tagħna, il-ħaddiema, l-imprendituri, it-tfal, l-ommijiet u l-missirijiet, l-anzjani u ż-żgħażagħ.
Chris Said qal liproġetti bħal dawn jgħinuna nsaħħu u nippromwovu l-mobilita’ fejn kull sena qed naraw numru dejjem akbar ta’ studenti u għalliema li jagħmlu esperjenza barra mill-pajjiż.
Fil-livellprimarju u sekondarju, permezz tal-programm Comenius saru 196 proġett fejn skejjel għamlu skambji ma’ skejjel barranin. Min-naħa l-oħra aktar studenti universitarji u lecturers qegħdin jagħmlu esperjenza barra permezz tal-programm Erasmus fejn ipparteċipaw aktar minn 1,600 żagħżugħ u żagħżugħa.
L-Unjoni Ewropeatixpruna wkoll id-dinja tax-xogħol.  Ix-xogħol fid-dinja tal-lum irid ikun akkumpanjat minn taħriġ kontinwu u f’dan ir-rigward aktar minn 2,000 żagħzugh u żagħżugħa ħadu sehem fil-programm Leonardo.
Chris Said semmawkoll is-settur tal-volontarjat u qal li aktar minn 3,600 żagħżugħ u żagħżugħa pparteċipaw fil-programm Youth in Action.
Is-SegretarjuParlamentari awgura liż-żgħazagħ mawra sabiħa u interessanti fil-Ġermanja u ħeġġiġhom biex jieħdu dak kollu li jistgħu mill-programm ta’ skambju li se jipparteċipaw fih għax din l-esperjenza se tiswielhom għall-futur tagħhom u tiftħilhom orizzonti ġodda.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT  Imfakkar il-65 anniversarju ta’ The Duke of Edinburgh’s International Award f’Malta

PR261987

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

More Press Releases Right arrow