ĦIDMA B’RISQ AKTAR SIGURTA’ GĦALL-GĦAWWIEMA U GĦADDASA F’GĦAWDEX
pr1383
13/08/2009
| Bħala parti mill-ħidma relatata ma’ l-istaġun | tas-Sajf, speċjalment ma’ l-attivitajiet marbuta mas-settur turistiku, il-Ministeru għal Għawdex ikkordina ħidma li għandha l-għan li żżid is-sigurtà għall-għawwiema u l-għaddasa madwar Għawdex. |
| Permezz tal-ħidma li twettqet milL-fergħa | tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex, twaqqfu tliett marker buoys biex jimmarkaw il-post ta’ tliett siti ta’ l-għadds li nħolqu permezz tal-għarqa ta’ l-MV Xlendi, l-MV Karwela u l-MV Cominoland. B’hekk, kemm l-għaddasa lokali kif ukoll dawk barranin, ser ikun aktar faċili għalihom meta jiġu biex jgħoddsu f’dawn is-siti. |
| Sadanittant matul l-aħħar jiem, għaddasa | membri tal-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex, naddfu tabelli ta’ twissija li jinsabu madwar l-MV Xlendi. Il-Ministeru għal Għawdex ikkummissjona lill-fergħa tas-Salib l-Aħmar biex jieħdu ħsieb il-manutenzjoni u ż-żieda ta’ twissijiet madwar dan is-sit, minħabba riskji marbuta mal-kundizzjoni ta’ dan ir-relitt. |
| Permezz ta’ kollaborazzjoni ma’ l-Awtorità | Maltija tat-Turiżmu, il-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex ġiet ukoll inkarigata li twettaq għassa għall-ħarsien ta’ l-għawwiema fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra f’Għawdex. Permezz ta’ dan is-servizz, li ser jingħata sat-13 ta’ Settembru, ser tiżdied is-sigurtà għal kull min iżur din il-bajja popolari f’Għawdex. Is-servizz ta’ ħarsien ser ikun sostnut b’apparat ta’ salvataġġ relatat. Il-fergħa tas-Salib l-Aħmar f’Għawdex għandha kontinġent li ġie mħarreġ biex joffri servizz ta’ life guard skont standards ikkunsidrati mill-International Life Saving Society (ILS) li huma regulaturi ewlenin f’dan il-qasam fl-Ewropa. L-iskwadra ġiet iffurmata u mħarrġa b’kollaborazzjoni mas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar ġewwa l-Italja. Ta’ min isemmi li l-membri tal-fergħa ta’ Għawdex kontinwament jippromwovu u jfittxu li jipparteċipaw f’korsijiet li jgħinuhom itejbu l-istandards għall-ħarsien tal-ħajja minn aspetti diversi. |
| Il-kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għal | Għawdex, il-fergħa tas-Soċjeta’ tas-Salib l-Aħmar f’ Għawdex u l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żżid is-servizzi tal-protezzjoni u l-ħarsien tas-saħħa fuq il-gżira matul is-sena iżda speċjalment f’attivitajiet u ċirkostanzi li jiġbdu numru akbar ta’ nies. |
Other Press Releases:
PR261987
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Imfakkar il-65 a...
PR261986en