19,600 TIFEL U TIFLA JIPPARTEĊIPAW F’ATTIVITAJIET SPORTIVI
pr1369
11/08/2009
| “Bl-għajnuna tal-UE saru 592 proġett | fil-qasam taż-żgħazagħ li minnhom ibbenefikaw madwar 9,325 persuna.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said meta żar attivita sportiva fil-pitch tas-Sirens f’San Pawl il-Baħar. L-attivita hi parti mill-programm “Be Active for a Healthier Lifestyle” taħt il-programm tal-UE Youth in Action. |
| Dan il-programm ta’ skambju jiġbor fih ħamsin | żagħżugħ u żagħżugħa minn 6 pajjiżi differenti, jiġifieri Ġermanja, Polonja, Franza, Bulgarija, Spanja u Malta. L-għan tal-proġett huwa biex iż-zgħażagħ jaħdmu fuq kampanja edukattiva dwar is-saħħa wara li jkunu qasmu informazzjoni u materjal bejniethom. Il-kampanja se tkun qed iżżur diversi lokalitajiet sabiex iż-żgħażagħ iwasslu l-messaġġ favur is-saħħa. |
| Chris Said tkellem maż-żghażagħ u qal li l-programm | ta’ attivitajiet li għaddejin bħalissa juri kif dawn il-proġetti tal-UE huma ta’ benefiċċju għall-parteċipanti li jaraw u jesperjenzaw kulturi differenti, u huma ta’ benefiċċju għall-poplu u għal pajjiżna bil-messaġġ li jwasslu. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li permezz ta’ | dawn il-programmi irridu nkomplu nsaħħu l-kunċett ta’ mobilita’ filwaqt li nkabbru l-ħiliet u l-potenzjal tal-istudenti tagħna. |
| Chris Said qal li grazzi għal-Youth in Action | Programme, bejn l-2007 u Ġunju tal-2009 bbenefikaw aktar minn 1,200 Maltin u żaru Malta 1,142 żagħżugħ u żagħżugħa. |
| Chris Said enfasizza l-importanza tal-attivta | sportiva u qal li fl-aħħar sena 18,600 tifel u tifla pparteċipaw fi programmi sportivi organizzati mill-Kunsill Malti għall-Isport. Minn dawn 9,000 ipparteċipaw f’attivitajiet organizzati mill-iSports Promotion Unit fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Isport u oħrajn kienu nvoluti f’xi wieħed mit-tminn programmi u skemi ta’ dan il-Kunsill li jinkludu Skola Sport, Sportsbuzz, Sportsfun, Summer on the Move, After School Programmes u Active Youngsters. |
| Chris Said faħħar l-inizzjattiva tal-Kunsill | Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u qal li l-attivita hija eżempju ċar ta’ kif il-Kunsilli Lokali jistgħu mhux biss jibbenefikaw mill-fondi ta-Unjoni Ewropea iżda jaraw li permezz ta’ dawn il-fondi huma jaħdmu f’setturi varji bħal-edukazzjoni, sport u l-aspett soċjali, sabiex tassew jagħmlu differenza fil-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986