Left arrow Go Back

ĦRUĠ TA’ ‘STOCKS’ TAL-GVERN – AWWISSU 2009

pr1368
Date Icon 11/08/2009
Kien hemm rispons pożittiv mill-pubbliku kifukoll mill-investituri finanzjarji għall-ħruġ ta’ ‘Stocks’ tal-Gvern ta’ Awwissu.
Sad-dati tal-għeluq (nofsinhar is-Sibt 8 ta’Awwissu 2009 u nofsinhar it-Tlieta 11 ta’ Awwissu 2009) it-Teżor kien irċieva 1,408 applikazzjoni b’valur totali ta’ ’l fuq minn 101 miljun Ewro meta l-ammont maħruġ kien ta’ 100 miljun Ewro (suġġett għal Dritt li jiżdied l-istock b’massimu ta’ 20 miljun Ewro). Minn dawn l-applikazzjonijiet/offerti b’irkant it-Teżor aċċetta valur total (nominali) ta’ 89,793,300 Ewro.
It-Teżor javża li l-applikazzjonijiet mill-pubbliku,li laħqu l-ammont ta’ 22,943,300 Ewro fiż-zewġ ‘Stocks’ intlaqgħu kollha filwaqt li l-offerti b’irkant li ġew minn investituri istituzzjonali ġew allokati skont il-prezz tal-offerta mitfugħa. L-allokazzjonijiet kollha ta’ dan il-ħruġ ta’ ’Stocks’ tal-Gvern ser isiru kif muri hawn taħt:
MGS 5% 2021 (I) FI – €33,150,400 li minnhom€11,450,400 ġew allokati lill-pubbliku bil-prezz offrut ta’ €101.75 u €21,700,000 ġew allokati lill-investituri finanzjarji skont il-prezz tal-offerta mitfugħa; u
MGS 3.6% 2013 (IV) FI - €56,642,900 liminnhom €11,492,900 ġew allokati lill-pubbliku bil-prezz tal-ħruġ offrut ta’ €100.25 u €45,150,000 ġew allokati lill-investituri istituzzjonali skont il-prezz tal-offerta mitfugħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow