SEJĦA GĦALL-PARTEĊIPAZZJONI FIL-KARNIVAL TA’ MALTA 2010
pr1366
11/08/2009
| Il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti | jħabbar li l-Karnival ta’ Malta 2010 se jigi ċċelebrat bejn il-Ġimgħa 12 u t-Tlieta 16 ta’ Frar, 2010. |
| Għal din is-sena l-Kunsill Malti | għall-Kultura u l-Arti qed iniedi numru rekord ta’ sejħiet differenti. Uħud mis-sejħiet huma kompetittivi, filwaqt li oħrajn mhux kompetittivi iżda marbuta ma’ diversi kriterji. |
| Fost is-sejħiet għall-partecipazzjoni | kompetittiva hemm dawk tal-Maskri Grotteski; Grupp bil-Kostum / Kumpanija tat-Tfal Sezzjoni C; Grupp bil-Kostum/ Kumpanija Sezzjoni B u Grupp bil-Kostum/ Kumpanija Sezzjoni A. |
| Is-sejħiet l-oħra, mhux kompetittivi, | jikkonsistu f’parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni A; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni B; Karrijiet Trijonfali Sezzjoni C; Maskerun Iżolat; Vettura Dekorata u Karettun. |
| Formoli tal-applikazzjoni, regolamenti u | kundizzjonijiet sabiex applikant jiġi kkunsidrat għall-parteċipazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku www.maltaculture.com jew mill-Uffiċċju tal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti, 230, ‘Casa Gaspe’ Triq ir-Repubblika, Valletta. |
| Talbiet għall-parteċipazzjoni fil-Karnival | għajr għall-parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival jintlaqgħu sa nhar il-Gimgħa, 14 ta’ Awissu, 2009 f’nofs in-nhar. Applikazzjoni għall-parteċipazzjoni bil-banda addatata għall-Karnival jintlaqgħu sa mhux aktar tard minn nhar il-Gimgħa, 4 ta’ Settembru, 2009. |
| Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jċempel | il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti fuq 21245168 jew jibgħat email fl-indirizz elettroniku anton.miceli@maltaculture.com |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986