DISKUSSJONI MAT-TFAL FUQ EDUCATION 22
pr1357
10/08/2009
| L-ambjent, l-energija nadifa, il-ħajja | fil-politika u l-isports kienu fost it-temi t-tfal staqsew lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi dwarhom waqt diskussjoni li saret fil-Kidstart Summer Club li qed isir fl-Imrieħel. |
| Fil-Kidstart Summer Club jattendu 550 tifel u | tifla. |
| Matul iż-żjara tiegħu, il-Prim Ministru ltaqa’ | mat-tfal waqt li kienu qed jgħumu f’pixxini li jiġu armati għal matul is-summer club. Il-Prim Ministru ltaqa’ u tkellem ukoll mat-tfal fil-klassijiet waqt li kienu qed jagħmlu l-proġetti tal-crafts tagħhom bl-użu ta’ materjal riċiklat. |
| Fi tmiem iz-zjara il-Prim Ministru pparetċipa | f’diskussjoni mat-tfal fejn staqsewh fuq temi differenti fosthom fuq il-ħajja politika tiegħu u ż-żgħożija. It-tfal urew interess fl-ambjent u fl-enerġija nadifa. Fost il-mistoqsijiet tat-tfal kien hemm fuq il-park li se jsir flok il-Magħtab u l-isports. |
| Id-diskussjoni tal-Prim Ministru mat-tfal | tinsab fuq il-website www.opm.gov.mt |
| Id-diskussjoni mat-tfal se tintwera ukoll fuq | Education 22 it-Tlieta 11 ta’ Awissu fl-12.30, il-Ħamis 13 ta’Awissu fl-16.30, il-Ġimgħa 14 ta’ Awissu fit-20.30 u l-Ħadd 16 ta’ Awissu fl-12.30. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986