Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT CLYDE PULI JINDIRIZZA KONFERENZA TAL-AĦBARIJIET FIT-TNEDIJA TAL-GĦAQDA YEL (YOUNG ENTREPRENEURS AND LEADERS)

pr1355
Date Icon 08/08/2009
“Iż-żgħażagħjistgħu jkunu l-imprendituri u l-mexxejja ideali biex f’dan iż-żmien ta’ taqlib ekonomiku madwar id-dinja, jkunu huma li jagħtu ħajja mill-ġdid lill-ekonomija, b’mod partikolari l-ekonomija Maltija.”
Dan qalu s-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Clyde Puli waqt li kien qed jinidirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġiet imnedija l-għaqda YEL (Young Entrepreneurs and Leaders). Din l-għaqda għandha l-għan li tgħin liż-żgħażagħ Maltin ikunu imprendituri u jkollhom sens ta’ tmexxija bl-iskop li jilħqu l-għanijiet tagħhom.
Clyde Pulifaħħar l-idea tal-fundattriċi Alessia Zammit, li flimkien ma’ grupp ta’ żgħażagħ oħra, ħadu din l-inizjattiva bl-iskop li jgħinu liż-żgħażagħ Maltin. Is-Segretarju Parlamentari faħħar ukoll il-European Institute for Education li qed jgħin lil din l-għaqda ġdida, li oriġinat propja minn riċerka għal teżi ta’ kors offrut minn din l-istituzzjoni edukattiva.
L-għaqda YEL, setkun qed tiffoka fuq oqsma partikolari biex itejjeb il-ħiliet taż-żgħażagħ. Fost oħrajn se tkun qed taħdem  fuq l-oqsma tal-informatika, l-komunikazzjoni, is-servizzi finanzjarji, il-qasam legali, l-edukazzjoni, l-ambjent, saħħa, turiżmu, kultura u anke sport.
Fost il-ħidmatal-YEL se jkun hemm laqgħat ma’ diversi esperti fl-oqsma identifikati. Se jkunu wkoll organizzati sensiela ta’ seminars informattivi u edukattivi għall-istudenti li qed jattendu għal taħriġ fl-ogħla istituzzjonijiet edukattivi tal-pajjiż bl-iskop li titqajjem kuxjenza akbar dwar is-suġġetti u l-importanza tagħhom għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Dawn is-seminars se jkollhom l-għan ewlieni li jwasslu studenti biex jagħmlu riċerka li tkun utli għas-suġġetti li qed taħdem fuqhom din l-għaqda.
Is-SegretarjuParlamentari Clyde Puli, temm l-indirizz tiegħu billi awgura kull suċċess lil din l-għaqda ġdida u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu b’enerġija ħalli jilħqu l-għan ewlieni tagħhom, dak li jmexxu l-interessi taż-żgħażagħ Maltin ‘l quddiem.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow