Left arrow Go Back

ŻIEDA SOSTANZJALI BIEX IL-KUNSILLI LOKALI JIXTRU AKTAR KOTBA GĦAL-LIBRERIJI LOKALI

pr1353
Date Icon 08/08/2009
Fil-Kunsill Lokali tal-Għasri saret attività“Il-Ktieb Pass ‘il Bogħod Minnek” sabiex titqajjem kuxjenza ħalli jkun hemm aktar interess fil-qari tal-kotba mill-Maltin u l-Għawdxin u dan b’rabta mad-devoluzzjoni ta’ 11-il librerija pubblika f’idejn il-Kunsilli Lokali Għawdxin, fosthom dik tal-Għasri, li twaqqfet mill-istess kunsill lokali. Għal din l-attività kienu preżenti l-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u s-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said.
Waqt din l-attività s-Segretarju Parlamentarigħall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qassam fondi li se jintużaw biex jinxtraw kotba għal-libreriji lokali u reġjonali, vouchers li jissarrfu f’kotba ta’ karattru Malti u numru ta’ pubblikazzjonijiet maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni.
Chris Said qal li d-devoluzzjoni tal-librerijipubbliċi lill-Kunsilli Lokali tidħol fil-qafas tat-tiġdid tal-kunsilli lokali fejn dawn se jifirxu l-ħidma tagħhom fl-oqsma soċjali u edukattivi.
F’dan ir-rigward it-tiġdid tal-Kunsilli Lokalise jara li jissaħħaħ il-kunċett tal-libreriji fil-lokalitajiet ħalli dawn jintużaw minn l-akbar numru ta’ nies possibbli.  Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali qal li fil-liġi se tidħol emenda sabiex il-Kunsilli Lokali jipprovdu l-aħjar servizz mil-libreriji lokali.
Chris Said qal li d-devoluzzjoni tal-librerijiwasslet biex ikun hemm investiment akbar fil-kotba u mmodernizzar tal-libreriji lokali u reġjonali.  Bejn is-sena 2000 u l-2008 il-Kunsilli Lokali f’Għawdex nefqu aktar minn 25,000 Ewro f’kotba sabiex jintużaw mir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi.
Huwa qal ukoll li permezz tad-devoluzzjonigħandna ħinijiet tal-ftuħ itwal u hekk il-libreriji saru aċċessibbli għal numru akbar ta’ nies.  Dr Said semma wkoll il-kompjuterizzazzjoni tal-libreriji biex l-użu tal-istess libreriji sar aktar faċli.
Chris Said qal li mill-fond speċjali il-Gvern sejkun qed jirdoppja l-budget għal-libreriji sabiex matul din is-sena il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jinvestu f’aktar kotba fil-libreriji tal-lokalità.  Huwa faħħar ukoll l-inizjattiva tad-Dipartiment tal-Informazzjoni li ħareġ direttorju tal-libreriji.  Din hija pubblikazzjoni li fiha l-informazzjoni kollha fuq il-libreriji lokali u reġjonali.  Dan il-ktejjeb se jitqassam fil-Kunsilli Lokali u postijiet oħra pubbliċi.
Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono faħħretil-ħidma tal-Kunsilli Lokali Għawdxin, li minbarra l-attenzjoni li jagħtu għall-proġetti infrastrutturali, jagħtu wkoll importanza għal promozzjoni tat-tagħlim u l-edukazzjoni fost il-komunitajiet tal-lokalità.
Hija spjegat kif waħda mill-prijoritajietewlenin fil-ħidma tal-Ministeru għal Għawdex hija dik mogħtija lill-qasam tal-edukazzjoni fejn tingħata attenzjoni biex jiżdiedu u jiġu mtejba l-faċilitajiet edukattivi fuq il-gżira. Ir-riżultati miksuba minn studenti Għawdxin, kemm fl-eżamijiet tal-Junior Lyceum kif ukoll f’dawk tal-Matsec, huma prova li l-istudenti Għawdxin igawdu minn servizzi u faċilitajiet ta’ tagħlim li jgħinuhom jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.
Il-Ministru Debono fakkret kif il-qari huwawieħed mill-mezzi ewlenin ta’ tagħlim għalkemm dan huwa passatemp favorit ta’ nies ta’ kull età. F’dan il-kuntest il-Ministeru għal Għawdex permezz tas-servizz tal-Librerija Pubblika, jagħti sostenn loġistiku u finanzjarju lill-ħdax-il librerija mxerrdin fil-lokalitajiet Għawdxin u oħra fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Ta’ kull sena jalloka madwar €200 lil kull librerija biex ikunu jistgħu jinxtraw kotba ġodda u hekk jingħata lok għal għażla aktar wiesa’ ta’ kotba għal dawk kollha li jużaw is-servizzi tal-librerija tal-lokalita’.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow