STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GHALL-ERARJI PUBBLICI U ARTIJIET
pr1352
07/08/2009
| Il-media tal-Oppozizzjoni | timmanipula intervista tas-Segretarju Parlamentari biex tqarraq |
| Is-Segretarjat Parlamentari | għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet jikundanna il-mod qarrieqi u skorret illi bih sar l-edittjar ta’ servizz li deher fil-bulettin ta’ ONE News ilbieraħ il-Ħamis 6 ta’ Awwissu 2009. It-tqasqis apposta ta’ intervista li saret lis-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi sar b’mod li tingħata impressjoni totalment bil-maqlub ta’ dak li qal tassew is-Segretarju Parlamentari fl-intervista. |
Il-Fatti
| Is-Segretarju Parlamentari Jason | Azzopardi rrisponda mistoqsijiet ta’ ġurnalista ta’ ONE News dwar il-każ tal-proprjeta’ li ngħata mill-Gvern Laburista lill-Partit Laburista fil-Pjazza San Nikola Siġġiewi. Hekk kif hu kien ħiereġ minn skola pubblika, sab ma’ wiċċu mikrofonu u camera ta’ ONE news filwaqt li l-ġurnalista talbitu jirrispondi domandi dwar il-każ tal-każin tas-Siġġiewi. |
| Fl-intervista imxandra ttieħdet | biss il-parti tas-sentenza fejn Dr Azzopardi kkonferma li l-file tal-Każin tal-PL fis-Siġġiewi kien fl-uffiċcju tas-Segretarjat tiegħu fl-aħħar xhur pero’ inqatgħet barra il-parti l-oħra tas-sentenza tiegħu fejn spjega għala sar dan. Fis-servizz li deher fuq ONE News ilbieraħ, permezz ta’ tqasqis u manipulazzjoni, tħalla barra il-parti ta’ l-intervista fejn is-Segretarju Parlamentari spjega il-fatt kruċjali illi l-file kien fis-Segretarjat għax kienet qed tigi analizzata talba li kienet saret mill-Kumitat Lokali tal-Partit Laburista tas-Siġġiewi li talab tiġġedded il-kera tal-istess proprjeta għaliex din tiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla. It-talba tal-Partit Laburista setgħet biss tiġi analizzata billi jiġi ezaminat il-file imsemmi. |
| Fis-servizz intqal li mhuwiex | magħruf għaliex il-file kien għand is-Segretarju Parlamentari. Fl-intervista s-Segretarju Parlamentari spjega li l-file kien fis-Segretarjat propju minħabba t-talba li għamel il-Partit Laburista. Madanakollu l-istazzjon tal-Oppozizzjoni ħalla għal kollox barra din ir-risposta! |
| Fis-servizz intqal bl-iktar mod | qarrieqi ukoll, li l-fatt li file ikun fl-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari joħloq preċedent ikrah. Dan huwa proċess normali ta’ amministrazzjoni f’dawn l-aħħar ħamsin sena fejn jidħlu deċiżjonijiet ta’ policy. |
Kontra l-Etika
| Dan huwa kaz abbużiv ta’ | edittjar. |
| Meta Dr Joseph Muscat sar mexxej | tal-Oppozizzjoni kien qal pubblikament li ser iwaqqaf il-prattiċi ħżiena fil-ġurnalizmu tal-Oppozizzjoni li kienu jsiru qabel ma laħaq hu. Kien qal ukoll li se jorbot lill-ġurnalisti b’kodici ta’ etika li f’paragrafu 15, punt 5 jghid li: |
5. L-editjar tal-intervisti għandu jsir b’mod ġust (fair); bl-editjar
m’għandhomx jitgħawġu l-kummenti b’mod li toħrog tifsira ħazina jew
barra mill-kuntest.
| Jidher ċar li l-Kodici ta’ Etika | kien biss eżerċizzju taparsi għaliex fir-realta’ l-media tal-Oppozizzjoni qed timxi mod ieħor. |
| Fid-dawl ta’ dan kollu, | is-Segretarjat Parlamentari jikkundanna prattiċi bħal dawn għax tassew imorru kontra kull prinċipju ta’ etika u morali. |
| Is-Segretarjat Parlamentari | għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet għamel ilment uffiċjali ma’ ONE News dwar dan il-każ, u qed jitlob li tixxandar l-intervista kollha u mingħajr interruzzjoni fuq il-bulettin ta’ ONE News fi żmien tlett ijiem mil-lum, skont ir-regolamenti u l-liġi dwar ix-xandir. Jekk dan ma jsirx, dan l-uffiċju iżomm id-dritt kollu li tagħtih il-Liġi biex jieħu l-passi neċessarji. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986