TITNIEDA L-KAMPANJA TA’ INFORMAZZJONI “L-EWROPA FIL-PJAZZA”
pr1350
07/08/2009
| Waqt konferenza stampa f’Bieb il-Belt | dalgħodu, tnediet uffiċjalment l-inizjattiva “L-Ewropa fil-Pjazza”. Din hija waħda minn serje ta’ inizjattivi fil-qafas tas-sħubija ta’ ġestjoni li l-Malta-EU Steering and Action Committee (MEUSAC) iffirma mal-Kummissjoni Ewropea iktar kmieni din is-sena. |
| L-għan tal-proġett huwa t-titjib fit-tixrid | ta’ informazzjoni dwar l-Unjoni Ewropea. Dan qalu l-Kap tal-MEUSAC, Dr. Vanni Xuereb meta kien qed jindirizza l-konferenza stampa. Huwa qal li permezz ta’ dan il-proġett ingħaqdu flimkien tliet entatijiet: il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Gvern permezz tal-MEUSAC. |
| Dr. Xuereb sostna li l-persentaġġ | relattivament għoli (ħdejn Stati Membri oħra) ta’ votanti Maltin li ħarġu jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (PE), juri biċ-ċar li l-ewwel inizjattiva ta’ dan il-proġett, jiġifieri l-kampanja ta’ informazzjoni dwar l-importanza li wieħed jivvota fl-elezzjonijiet tal-PE flimkien ma’ inizjattivi oħra f’dan is-sens, taw riżultati pożittivi. Tenna li permezz ta’ din l-inizjattiva l-MEUSAC u l-entitajiet l-oħra mhumiex qed jistennew lill-pubbliku jiġi għandhom għall-informazzjoni imma qegħdin imorru huma permezz ta’ vettura li se tkun qed iżżur l-irħula u l-ibliet kollha f’Malta u Għawdex. |
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni, l-Onor. Chris Said qal li huwa obbligu tal-Gvern li jwassal informazzjoni lill-pubbliku ta’ kull età dwar direttivi tal-Unoni Ewropea (UE) u kif japplikaw għalina, kif ukoll dwar l-opportunitajiet li toffri l-UE. Chris Said irringrazzja lill-MEUSAC ta’ din l-inizjattiva waqt li tenna li dan il-proġett kompla jikkonferma li l-Gvern għamel pass għaqli meta reġa waqqaf il-MEUSAC ftit iktar minn sena ilu. |
| Is-Sinjorina Carine Callus, Uffiċjal | mir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta qalet li l-Unjoni Ewropea ma tibdiex u tispiċċa fi Brussell iżda tmur lil hinn minn hekk u għalhekk huwa tajjeb li ċ-ċittadin jinżamm aġġornat fuq temi li jirrigwardaw lilu. Is-Sur Massimo Farrugia, rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta qal li din l-inizjattiva hija importanti għal fatt li tliet entitajiet, li għandhom l-istess għan li jwasslu informazzjoni dwar l-UE, jikkoperaw flimkien. |
| Din l-inizjattiva hija waħda minn sensiela ta’ | proġetti mifruxa fuq erba’ snin u li se jiswew mat- €800,000. Ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta’ din is-sħubija ta’ ġestjoni tal-proġett hija maqsuma bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-pajjiżi membri rispettivi. Filwaqt li l-Kummissjoni tipprovdi l-finanzjament tal-proġett, ir-riżorsi umani u l-infrastruttura huma pprovduti mill-pajjiż membru. |
| Din is-sena se jsiru diversi attivitajiet li | se jiswew madwar €200,000, fosthom “L-Ewropa fil-Pjazza”. It-tielet inizjattiva se tkun animazzjoni ta’ 15-il minuta għall-istudenti li se titqassam f’format DVD fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex kif ukoll permezz tal-internet. |
| Inizjattiva oħra hija taħriġ lill-għalliema | għall-komunikazzjoni aħjar dwar l-Unjoni Ewropea, liema taħriġ se jkun qed jagħmel użu mill-kunċett ‘Train the Trainer’; kif ukoll Inter generational camping, iktar tard din is-sena, fejn il-familji jiddiskutu l-politika tal-UE dwar il-bidla fil-klima u l-ambjent, fost oħrajn. |
| L-Ewropa fil-Pjazza se tkun żaret it-68 | lokalità f’Malta u Għawdex minn issa sas-17 ta’ Settembru. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986