STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
pr1345
06/08/2009
| Il-Park tal-Majjistral joffri spazju għal | kulħadd |
| B’reazzjoni għall-istqarrija maħruġa | mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, il-Bord tat-Tmexxija tal-Park tal-Majjistral jixtieq jikkjarifika li r-raġuni li wasslet lill-Bord iwaqqaf il-kaċċa fid-9 ta’ filgħodu minn ġol-park, hija li minn dak il-ħin ‘l hemm jidħlu f’dan il-park ammont kbir ta’ nies kemm Maltin kif ukoll turisti. |
| Din id-deċiżjoni bl-ebda mod ma tista | tittieħed bħala att kontra l-kaċċaturi. Id-deċiżjoni għandha titqies bħala turija ta’ kemm il-Bord tal-Park tal-Majjistral ma jeskludi lil ħadd anzi joffri spazju għal kulħadd. |
| Il-Bord ta’ Tmexxija jirriafferma li l-Park | tal-Majjistral huwa park ta’ natura u storja, u għalhekk għandu jkun aktar aċċessibbli milli kien sa llum għal kull min irid igawdi dan l-ispazju miftuħ f’pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986