ŻJARA FUQ L-ISKAV F’WIED IMĠARR IX-XINI
pr1344
06/08/2009
| Is-Segretarju Parlamentari | għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said żar skavi arkeoloġiċi li qed isiru f’Wied Imġarr ix-Xini f’Għawdex. Dan il-proġett huwa frott il-koperazzjoni bejn il-Kunsill Lokali ta’ Sannat u l-Kunsill Lokali tax-Xewkija flimkien mas-Soprintendenza tal-Wirt Kulturali. |
| Il-komponenti prinċipali tal-proġett li beda | fl-2005 huma survey taż-żona, analiżi u assessjar ta’ numru ta’ presess tal-inbid u serje ta’ skavi. |
| Il-ġeografija ta’ Wied Imġarr ix-Xini hija | serje kumplessa ta’ saffi ta’ attivita’ umana li tmur lura sal-preistorja. Fuq medda ta’ eluf ta’ snin iż-żona żviluppat fl-inħawi agrikoli b’għelieqi, irziezet, strutturi industrijali, passaġġi, toroq, ċisterni, ħitan u strutturi relatati mal-port naturali li jinsab qrib. |
| Il-preżenza ta’ 19-il pressa tal-inbid f’dan | il-wied turi l-importanza tal-vitikultura fl-ekonomija antika tal-Gżejjer Maltin. |
| L-arkeoloġija ta’ Wied Imġarr ix-Xini tiżvela | sinjali ta’ ekonomija agrikola bażata madwar żona ċentrali ta’ produzzjoni u qrib port li kien iservi bħala l-passaġġ għan-negozju ma’ Malta u l-kumplament tal-Mediterran. |
| L-objettiv aħħari tal-proġett huwa | l-integrazzjoni tal-informazzjoni ġdida u ta’ dik li kienet ġa magħrufa fi stampa ħolistika tal-istorja kulturali tal-wied. |
| Chris Said faħħar l-inizjatttiva taż-żewġ | kunsilli lokali u l-mod kif qed jaħdmu mas-Superintendenza sabiex mhux biss jippreservaw il-wirt kulturali u storiku iżda jaraw ukoll li dan, flimkien mal-ambjent naturali, iservu ta’ attrazzjoni u ta’ tieqa fuq l-għarfien dwar l-għeruq tagħna. |
| Chris Said qal li dan kollu huwa f’sintonija | mad-direzzjoni li qed tingħata permezz tat-tiġdid tal-kunsilli lokali fejn il-kunsilli lokali mhux biss qed jingħataw ir-responsabbilta’ li jħarsu t-tradizzjonijiet, il-folklor u l-wirt storiku fil-konfini tagħhom, iżda wkoll qed jiġu nkoraġġiti jifirxu l-ħidma tagħhom f’oqsma differenti u jaħdmu ma’ aġenziji u organizzazzjonijiet esperti f’dawn l-oqsma partikolari. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li l-kunsilli | lokali tax-Xewkija u ta’ Sannat qed juru x’ġid jista’ joħroġ minn koperazzjoni reġjonali u minn ħidma ma’ aġenziji oħra. Huwa heġġeġ lil dawn iż-żewġ kunsilli lokali jibqgħu jaħdmu flimkien u appella lil kunsilli lokali oħra sabiex isegwu l-eżempju tagħhom. B’hekk inkunu żguri li l-wirt storiku tagħna u l-ambjent, kemm naturali u kif ukoll urban, jilħqu l-potenzjal tagħhom u jkunu tassew attrazzjoni li ssaħħaħ l-ekonomija tal-lokalitajiet u tal-pajjiż. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986