Left arrow Go Back

IL-KUNĊERT OPERA VS ‘POP UNDER THE STARS’ FIL-BITĦA TAL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX

pr1341
Date Icon 06/08/2009
Wara s-suċċess li kiseb is-sena l-oħra,għat-tieni sena konsekuttiva, fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex fir-Rabat, reġa’ ttella’ il-kunċert Opera vs Pop Under the Stars, mill-Gozo Youth Wind Band & Orchestra.
Għadd ta’ Għawdxin, Maltin u barranin libħalissa jinsabu f’Għawdex, setgħu igawdu atmosfera mill-aqwa li nħolqot mill-orkestra magħmula minn 50 mużiċisti żagħżagħ Għawdxin, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Joseph Grech fl-ambjent suġġestiv li kkumplimenta l-għażla tal-biċċiet li ndaqqu.
Matul l-Programm, il-Gozo Youth Wind Band &Orchestra offriet lil dawk preżenti tiżwieqa ta’ arji operistiċi kif ukoll arranġamenti minn soundtracks u musicals fosthom Phantom of the Opera u Sound of Music.
Mistiedna speċjali matul din is-serata kienus-Sopran Pamela Agius li tgħix New York, il-bassista Għawdxi Noel Galea kif ukoll Ludwig Galea. Wirja ta’ xogħlijiet ta’ l-artist Għawdxi Paul A. Stellini ittellgħet għall-okkażjoni biex tikkumplimenta din is-serata kulturali f’Għawdex.
Il-kunċert Opera vs ‘Pop Under the Stars’ittella’ bil-kollaborazzjoni ta’ l-uffiċċju tal-kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ambaxxata Amerikana f’Malta.
L-Onor. Giovanna Debono, Ministru għalGħawdex, u c-Charges d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ l-Istati Uniti f’Malta, is-Sur Jason L. Davis, attendew għal din is-serata.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow