Left arrow Go Back

IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ U SPORT, CLYDE PULI, JILTAQA’ MAT-TIM TAL-LIFECYCLE CHALLENGE 2009, QABEL IHALLI MALTA LEJN ISTANBUL

pr1339
Date Icon 05/08/2009
“Il-memorji u l-idealili ħaddan Clifford Micallef, għandhom jimlewkom b’kurraġġ biex ittemmu din il-maratona b’suċċess, għalikom u għal dawk li qed turu solidarjetà magħhom.”
Dan qalu is-SegretarjuParlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, Clyde Puli, waqt li ltaqa’ mal-grupp ta’ ċiklisti, u mal-ekwipaġġ li se jkunu qed jieħdu sehem fil-maratona Lifecycle għal din is-sena. B’kollox dawn l-atleti se jkunu qed jagħmlu rotta ta’ 2,000 kilometru f’madwar għaxart ijiem. Din is-sena r-rotta mistennija tibda minn Istanbul, fit-Turkija u tispiċċa f’Damasku fis-Sirja. It-tim se jkun magħmul minn 18 –il ċiklist kif ukoll minn 15 –il volontier li se jkunu qed jgħinu liċ-ċiklisti matul ir-rotta.  Dawn iċ-ċiklisti, ilhom għaddejin bit-taħriġ għal dawn l-aħħar xhur, b’taħriġ iebes.
Is-SegretarjuParlamentari, qal li l-valuri ta’ mpenn u ta’ solidarjeta’ li qed  tippromwovi l-Lifecycle jiġbdu l-ammirazzjoni tal-poplu kollu.
Clyde Pulirringrazzja lill-volontiera kollha li taw u se jagħtu sehemhom biex jinġabru flus għar-Renal Unit fl-Isptar Mater Dei. Hu qal li nies bħal dawn jagħmlu lill-pajjiżna kburi.
L-organizzazzjoniLifecycle ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar għaxar snin, u din ta’ dis-sena se tkun il-ħdax –il maratona, organizzata biex titqajjem kuxjenza dwar il-problemi fil-kliewi u li jinġabru fondi ħalli tkun tista’ tiġi miġġielda din il-problema.
B’kollox f’Maltahawn madwar 250 każ ta’ mard fil-kliewi, bi tmenin każ minnhom qed jistennew li jsirilhom trapjant.
Waqt din il-laqgħa,Clyde Puli sellem il-memorja taż-żewġ atleti li ħallew din id-dinja fl-aħħar jiem, Clifford Micallef u Jennie Psaila.
Clyde Puli semma kifClifford Micallef kien bniedem eżemplari li l-interess tiegħu kien li jgħin fit-tixtil ta’ kultura sportiva, u kif bħalissa kien għaddej fl-aqwa tat-tħejjijiet għal-maratona tal-Lifecycle.
Dwar Jennie Psaila,is-Segretarju Parlamentari qal li rnexxielha tmexxi ‘l quddiem l-isport ekwestriju, bid-determinazzjoni u l-ambizzjoniji tagħha.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow