Left arrow Go Back

SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GĦALL-ISTUDENTI

pr1336
Date Icon 05/08/2009
Id-Direttorati tal-Edukazzjoni se jagħtu aktarimportanza lil suġġetti u attivitajiet li jgħinu lit-tfal jiżviluppaw il-personalita’ sħiħa tagħhom għaliex hu ferm importanti li l-istudenti tagħna ikollhom tfulija serena li tgħinhom jimmaturaw.
Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura,Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina, meta dalgħodu attendiet fiċ-Ċentru ta’ Skola Sajf fl-iskola tal-Kalkara u ħadet sehem f’attivita’ sportiva tal-Volleyball flimkien ma’ studenti li qed jattendu f’dan iċ-Ċentru.
Il-Ministru qalet li t-tranżizzjonimill-Primarja għas-Sekondarja se tagħti ċans li l-istudenti jieħdu sehem ukoll f’attivitajiet extra kurrikulari li jgħinhom jiksbu ħiliet oħra li huma importanti għal ħajjithom, fosthom ħiliet sportivi.
Skola Sajf hi opportunita’ tajba mhux bissgħall-istudenti tal-primarja li jattendu fiha imma wkoll għal studenti universitarji fil-kors tal-edukazzjoni li jingħataw ċans jippratikkaw mal-istudenti dak li qed jistudjaw.
Barra minn dan, l-inizjattiva ta’ Klabb Sajf lihi parti minn Skola Sajf, qed tgħin numru ta’ studenti li għandhom diffikultajiet fil-qari, biex matul is-sajf jingħataw għajnuna biex itejjbu dawn il-ħiliet.
Madwar 3,000 tifel u tifla, fosthom uħud bibżonnijiet speċjali, mill-iskejjel statali, tal-knisja u indipendenti, qed jipparteċipaw fi Skolasajf li fiha huma nvoluti wkoll madwar 220 student Universitarju u madwar 130 kapijiet/assistenti kapijiet/għalliema bħala Koordinaturi fiċ-Ċentri ta’ Skolasajf.
Il-Programm Skolasajf joffri l-opportunità lit-tfal ikollhom programm edukattiv u kreattiv tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li jużaw il-ħin liberu tagħhom b’mod produttiv, ikunu qed jilgħabu u jitgħallmu ma’ sħabhom.
Skolasajf 2009fetħet il-bibien tagħha nhar it-Tlieta 14 ta’ Lulju u se tibqa’ sejra sal-Ġimgħa 4 ta’ Settembru 2009, kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm hu miftuħ għat-tfal tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti).  Iċ-ċentri ta’ Skolasajf huma mqassmin madwar Malta u Għawdex biex kulħadd ikun moqdi. Hemm ukoll Klabbsajf li fih jingħata servizz tal-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.
It-tema magħżulagħal din is-sena hija “Ħiliet Kreattivi”. Qed niffukaw fuq l-oqsma tal-Arti, Kultura u Ambjent billi qegħdin fis-sena tal-Kreattivita’ u Innovazzjoni.
L-iskopijietewlenin ta’ Skolasajf huma:

·        Li toffri lill-istudenti tar-raba’, il-ħames u s-sitt klassi tal-iskejjel primarji programm ta’ attivitajiet edukattivi u rikreattivi li jagħtu tagħlim informali li jikkumplimenta u jsaħħaħ dak li jkun sar fis-sena skolastika.

·        Li tipprovdi lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet oħra, opportunitajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. Dan isir f’sitwazzjonijiet kreattivi u mhux daqshekk formali bħalma jkunu matul is-sena skolastika.

·        Li jagħti lill-ġenituri, speċjalment lil dawk li jaħdmu, l-opportunita` li jsibu post adattat għall-kura ta’ wliedhom waqt il-vaganzi tas-Sajf.

Programm ta’Skolasajf 2009
Il-Programm ta’ħidma għat-tfal fi Skolasajf jinkludi sessjonijiet ta’ tpinġija, drama, żfin, kant, mima, diskussjonijiet, kwizz, sport u żjarat f’postijiet kulturali, industrijali u kummerċjali, kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per eżempju: fabbriki, mużewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knisja parrokkjali, banek u uffiċċji, u Kunsilli Lokali. Din is-sena se jiġi varat programm dwar it-Turiżmu bit-tema ‘Apprezza t-Turiżmu’.
Kunsillital-Istudenti waqt Skolasajf
Matul  Skolasajfjitwaqqfu wkoll il-Kunsilli tal-Istudenti. Dawn jipparteċipaw fi proċess ta’ konsultazzjonijiet f’deċizjonijiet li jolqtu liċ-Ċentru tagħhom.
ProgrammiSpeċjali oħra huma:

·        Programm ta’ Prevenzjoni mill-Aġenzija Sedqa u iehor mill-Caritas

·        Programmi ta’ ħarsien tal-wirt kulturali - Fondazzjoni Wirt Artna

·        Healthy Breakfast Days

·        Żjarat – Radju tal-Universita’ - CAMPUS FM 

·        Heritage Malta – kemm f’Malta kif ukoll f’ Għawdex

·        Drama, Arti  u Krafts

·        Ħarsien tal-Ambjent

·        Apprezza t-Turiżmu

ĊentriSpeċjali
Tfal li fix-xitwajattendu fl-iSkejjel Speċjali għandhom programmi apposta.  Dawn qegħdin jattendu fiċ-Ċentri tal-Wardija, San Miguel u l-Guardian Angel.  Dawk f’Għawdex qegħdin jattendu l-Arka f’Għajnsielem.

Klabbsajf

Hemm ukoll programm magħruf bħala Klabbsajf għal dawk it-tfal li tul is-sena skolastika jingħataw s-servizz tal-għajnuna kumplimentari fil-litteriżmu.  Dan il-programm hu maħsub apposta biex jgħin lil dawn it-tfal jimxu ’l quddiem fl-edukazzjoni. Infetħu għaxar ċentri f’Malta u tlieta f’Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow