Left arrow Go Back

AKTAR INVESTIMENT BIEX PAJJIŻNA JINŻAMM NADIF

pr1333
Date Icon 04/08/2009
Dalgħodu l-Prim MinistruLawrence Gonzi u l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żaru lill-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Indafa Pubblika.  Il-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment bdew jużaw inġenji ġodda li permezz tagħhom se tkun qed tiżdied il-frekwenza tat-tindif u se jtaffi mit-tbatija tal-ħaddiema li jaħdmu f’dan id-dipartiment.
Il-Prim Ministru faħħar u weral-apprezzament tiegħu għax-xogħol kbir u ddedikat li jagħmlu l-ħaddiema tad-Dipartiment f’impenn sħiħ biex tinżamm l-indafa f’pajjiżna. Li nżommu l-ambjent ta’ madwarna nadif jifforma parti wkoll mill-prodott turistiku Malti. Għalhekk ilkoll kemm aħna għandna responsabbiltà li nżommu pajjiżna nadif, sostna l-Prim Ministru.
Il-Prim Ministru żied jgħid libiex inkomplu nsebbħu lil pajjiżna, il-Gvern flimkien mal-privat qed jinvesti fi proġetti ta’ landscaping tant li matul dawn l-aħħar sitt snin, tħawlu aktar minn 7 miljun fjura. Matul l-2009 biss se jkunu tħawlu 275,000 pjanta u madwar 2 miljun fjura madwar pajjiżna. Hu qal ukoll li bħalissa għaddejjin madwar 80 proġett differenti biex id-dehra ta’ pajjiżna tkun aħjar.  Dawn jinkludu proġetti ta’ restawr u tisbiħ ta’ pjazez u xtut.
Proġetti oħra li qed iwettaqil-Gvern huma fil-qasam tal-mod kif jiġi ttrattat l-iskart u kif jiġi riċiklat.  Il-Prim Ministru qal li wara li ngħalqet il-miżbla tal-Magħtab qed jitneħħew il-gassijiet velenużi; saru 5 ċentri għall-ġbir ta’ skart goff biex dak li jinġabar jiġi riċiklat; sar l-immodernizzar tal-impjant ta’ Sant’Antnin; ingħalaq l-inċineratur tal-Isptar San Luqa u sar wieħed modern skont standards Ewropej; sar investiment ta’ aktar minn €9 miljun fl-impjant għat-tisfija tad-drenaġġ fil-Mellieħa u aktar minn 90% tad-drenaġġ f’Għawdex qed jiġi ttrattat b’impjant ġdid f’Għawdex, b’hekk qed jiġi mħares l-ambjent marittimu madwar il-gżira.
Intant il-Ministru Pullicino qallimatul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena l-ħaddiema ta’ dan id-Dipartiment neħħew 9,370 tunnellata ta’ skart mit-toroq tagħna u postijiet oħra fejn ġie identifikat li kien hemm ammont ta’ skart mormi illegalment. Sabiex il-poplu jkollu fejn jiddisponi mill-iskart tiegħu l-Gvern investa bis-sħiħ kemm f’infrastruttura kif ukoll fis-servizzi li joffri. Mill-ġbir tal-iskart goff fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, id-Dipartiment irċieva mat-8,000 telefonata, minn dan is-servizz inġabbru mal- 21,095 oġġett goff.
Il-Ministru Pullicino semmawkoll li dan id-Dipartiment huwa wkoll responsabbli mill-beach cleaning li għadda taħt il-Ministeru u għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’ Marzu ta’ din is sena. Apparti l-ġbir tal-alka qabel l-istaġun tas-sajf, iddaħħlu sistemi ġodda ta’ klassifikazzjoni tal-bajjiet, sar bdil fis-sistemi ta’ kif isir it-tindif kontinwu fuq il-bajjiet, ġew installati slielen ġodda, qed isir sand sifting darba fil-ġimgħa u l-ħaddiema ngħataw brieret u sunblock fost oħrajn sabiex titħares ukoll saħħet il-ħaddiema.
Kemm il-Prim Ministru kifukoll il-Ministru Pullicino sostnew li pajjiż nadif ifisser pajjiż aktar attraenti u li joffri livell ta’ ħajja aħjar.
Il-makkinarju li beda jintużajinkludi 8 tipper vans, 9 tipper trucks, 3 mechanical sweepers, 1 loading van, 10 skips, 2 transporter vans u 2 wheel loaders.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow