Left arrow Go Back

IPPUBBLIKAT ABBOZZ TA’ NOTIFIKA LEGALI MAĦSUB BIEX ITEJJEB L-OPERAT TAL-BORD TAL-PARK TAL-MAJJISTRAL

pr1332
Date Icon 04/08/2009
Illum il-Gvern ippublika abbozzta’ Notifika legali li qabel ma tidħol fis-seħħ qed jingħata perijodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat. Din in-Notifika Legali tipproponi li l-Bord jiżdied minn seba’ persuni għal tmienja, bit-tmien persuna tkun tirrappreżenta lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Dan sar fuq talba tal-Kunsill Lokali stess u l-Gvern laqa’ din it-talba għal diversi fatturi fosthom li l-Park jaqa’ taħt ir-reponsabbilta’ tal-Kunsill Lokali Mellieħi, rappreżentanza tal-kunsill lokali ssaħħaħ is-sinerġija bejn min juża dan il-park u l-komunita’ tal-madwar kif ukoll il-Gvern hu dejjem miftuħ li jinkludi rappreżentanti tas-Soċjeta’ Ċivili kif fil-fatt diġa’ hemm f’dan il-Bord.
It-tieni emenda li qedtipproponi din in-Notifika Legali hija sempliċiment sabiex ikun hemm sistema ta’ proċedura aktar ċara. Bażikament din tipproponi proċedura komuni u bażika ta’ kull organizzazzjoni li ma jista’ jsir xejn jekk mhux bl-approvazzjoni tal-bord.
Il-Gvern hu dejjem miftuħ sabiexjiddiskuti u jikkonsidra proposti li jsirulu bl-għan li jtejjeb l-operat tal-Park tal-Majjistral.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow