SERVIZZI AKTAR EFFIĊJENTI B’RISQ PERSUNI B’DIŻABILITÀ F’GĦAWDEX
pr1330
04/08/2009
| Iċ-ċentru għal matul il-jum | Santa Marta, li ġie inawgurat fil-bidu ta’ Ġunju li għadda, qed joffri servizzi lill-persuni b’diżabilità u familjari tagħhom f’Għawdex, permezz tal-uffiċċju tal-Koordinatur tad-Diżabilità għal Għawdex. Fiċ-ċentru l-ġdid ġie allokat post għal dan l-uffiċċju, li għal dawn l-aħħar sena u nofs kien jopera miċ-Ċentru ta’ matul il-jum f’Għajnsielem. |
| L-uffiċċju tal-Koordinatur | tad-Diżabilità għal Għawdex twaqqaf wara qbil li sar bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità bil-għan li flimkien jippromwovu l-qasam tad-diżabilità f’Għawdex. Fil-ftehim, li kien ġie ffirmat fi Frar ta’ l-2008, il-Ministeru għal Għawdex intrabat li jipprovdi l-finanzjament meħtieġ sabiex il-Federazzjoni tkun tista’ timpjega koordinatur u assistent koordinatur biex b’hekk tkun tista’ tilħaq l-obbligu li tagħti servizz effiċjenti li jilħaq l-għanijiet li għalih twaqqaf dan l-uffiċċju. L-għan prinċipali huwa dak li jtejjeb dejjem aktar il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità residenti f’Għawdex. |
| Dan billi jservi bħala punt ta’ | riferenza minn fejn jingħataw is-servizzi marbuta ma’ dan il-qasam li normalment kienu jingħataw minn uffiċċji, dipartimenti u entitajiet differenti. Għalhekk permezz tal-ħidma u l-koordinazzjoni li saret, issa kull min ikollu bżonn xi servizz jew diffikultà relatata mal-qasam tad-diżabilità jista’ jinqeda b’inqas skariġġ u f’anqas ħin mill-uffiċċju tal-Koordinatur tad-Diżabilità fiċ-Ċentru Santa Marta. Permezz tar-rilokazzjoni tas-servizzi għal matul il-jum bil-ftuħ taċ-Ċentru Santa Marta, dawn il-persuni issa huma wkoll aġevolati bil-fatt li l-post issa huwa aktar ċentrali, filwaqt li jinsab f’ambjent attrezzat u aċċessibbli. |
| Minn barra l-koordinazzjoni ta’ | servizzi offruti mill-istat u organizzazzjonijiet mhux governattivi, l-uffiċċju tal-Koordinatur tad-Diżabilità f’Għawdex wettaq numru ta’ inizjattivi b’risq dan il-qasam. Fosthom insibu programmi u laqgħat edukattivi dwar iż-żieda fl-għarfien li tnissel kuxjenza dwar il-bżonnijiet u t-titjib fis-servizzi meħtieġa. Ingħata bidu għat-twaqqif ta’ e-newsletter li toffri informazzjoni fuq id-diżabilità kemm minn aspett lokali kif ukoll internazzjonali, filwaqt li ssir riċerka kontinwa sabiex kemm jista’ jkun dan l-uffiċċju jkun aġġornat b’dak li jkun qed jiġri f’dawn iż-żewġ xeni. |
| L-Onor. Giovanna Debono, | Ministru għal Għawdex, faħħret dawn l-inizjattivi li kif spjegat qegħdin jikkumplimentaw il-ħidma li saret mill-Ministeru għal Għawdex fir-rigward tal-qasam b’diżabilità f’Għawdex. Minbarra l-ftuħ taċ-Ċentru Santa Marta, saret ukoll ħidma intensiva fl-ispecial unit fl-iskola Primarja ta’ Sannat, fejn jattendu regolarment numru ta’ tfal b’diżabilità minn madwar Għawdex kollu. Il-Ministru qalet dan waqt il-preżentazzjoni tal-għajnuna mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex filwaqt li ġie wkoll imġedded il-ftehim bejn il-Ministeru u l-Federazzjoni Għawdxija Persuni b’Diżabilità li kienet rappreżentata mill-President Dr Kevin Cutajar. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986