STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI
| Il-Ministeru għar-Riżorsi u | l-Affarijiet Rurali jixtieq javża li s-servizz tal-freephone tal-iskema tal-bozoz energy saving b’xejn se jkun wieqaf għal matul il-jum tat-Tlieta 4 t’Awissu filwaqt li jerġa jissokta minn kmieni l-Erbgħa filgħodu. |
| Dan qiegħed issir sabiex jisaħħaħ dan is-servizz | li qiegħed jingħata b’xejn lil dawk kollha li jkunu jixtiequ aktar informazzjoni dwar din l-iskema. |
Filwaqt li jirringrazzja lil kull minn għamel użu minn dan is-servizz, il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali jgħarraf li issa li nħarġu l-Vouchers kollha għall-bozoz energy saving b’xejn, qed jiġu nvestigati l-każijiet kollha li ġew rappurtati permezz tal-freephone jew permezz tal-email fuq energyswitch@gov.mt.
| Il-Ministeru jixtieq jinforma lil dawn | il-persuni li matul il-ġranet li ġejjin se tiġi kkomunikata risposta, filwaqt li se jkunu qegħdin jitqassmu l-vouchers għal min għal xi raġuni jew oħra ma rċeviex il-voucher jew ingħata voucher li jintitolah għal anqas persuni minn kemm joqogħdu f’dik il-familja partikolari. |
| In-numru ta’ bozoz inħadem skond kemm jidhru | nies reġistrati bħala residenti f’dar partikolari mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, skond it-termini tar-regolamenti għall-provvista tal-elettriku. |
· Familja ta’ minn wieħed sa żewġ persuni (1-2) hi ntitolata għal 5 bozoz energy saving b’xejn,
· familja ta’ bejn tlieta u erba’ persuni (3-4) hi ntitolata għal 8 bozoz energy saving b’xejn
· filwaqt li familja ta’ ħames persuni jew aktar hi ntitolata għal 10 bozoz energy saving b’xejn.
Il-Ministeru jieħu din l-okkazjoni sabiex ifakkar li din l-iskema tibqa sejra sal-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena.
Kull min imur sabiex isarraf dan il-voucher għandu jipreżenta l-karta tal-identita’ lil sid il-ħanut. Il-lista kompluta tal-ħwienet, ditti u tipi ta’ bozoz approvati f’din l-iskema tista’ tinkiseb mis-sit eletroniku www.mrra.gov.mt.
Filwaqt li jiskuża ruħu tal-inkonvenjent, l-Ministeru jfakkar li s-servizz tal-freephone bin-numru 80072212 wara l-waqfien ta’ 24 siegħa, se jerġa jkun qed jopera minn għada l-Erbgħa filgħodu.
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986