PREZZIJIET TAL-ĦRUĠ TA’ STOCKS TAL-GVERN – AWWISSU 2009
pr1325
03/08/2009
| B’referenza | għall-Press Release Nru. 1298, ta’ nhar it-Tlieta 28 ta’ Lulju 2009, dwar ħruġ ta’ Stocks tal-Gvern, l-Accountant General javża li l-prezz għal kull Stock li jidhru hawn taħt, huwa kif ġej:- |
| (i) | 5% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2021 (I) – Fungibility Issue bi prezz ta’ € 101.75 b’YTM ta’ 4.81%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.86%, |
| (ii) | 3.6% Stock Tal-Gvern Ta’ Malta 2013 (IV) – Fungibility Issue bi prezz ta’ €100.25 b’YTM ta’ 3.53%, li jġib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.56%. |
| L-applikazzjonijiet jiftħu nhar l-Erbgħa, 5 ta’ | Awwissu 2009 u jagħlqu kif ġej, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-‘Accountant General’: |
| (i) | f’nofsinhar is-Sibt, 8 ta’ Awwissu 2009 għall-applikazzjonijiet minn xi applikant wieħed u/jew applikanti flimkien li ma jeċċedux €100,000 kull persuna, |
| (ii) | f’nofsinhar it-Tlieta, 11 ta’ Awwissu 2009 għall-applikazzjonijiet li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant. L-ammonti ta’ kull Stock li jiġu allokati lill-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom kienet magħmula f’offerti b’irkanti, jiġu immedjatament mgħarrfa sagħtejn wara l-ħin tal-għeluq tal-offerti b’irkant. |
Formoli tal-applikazzjoni jinkisbu minn u jiġu ddepożitati għand, il-Membri tal-Borża ta’ Malta u Provedituri oħra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment. Formoli tal-applikazzjoni jistgħu jitniżżlu wkoll minn fuq il-website tat-Teżor, http://www.treasury.gov.mt/.
Aktar tagħrif dwar l-istocks jinsab fil-prospett kif ukoll fuq il-website tat-Teżor, http://www.treasury.gov.mt/
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986