MAĦTUR IL-BORD TAL-ORKESTRA FILARMONIKA NAZZJONALI
Dr. James Scerri Worley hu ċ-Chairman il-ġdid tal-Bord tad-Diretturi tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Bħala Deputat Chairperson inħatret Dr. Maria Frendo.
Il-membri l-oħra tal-Bord huma: Ms. Jacqueline Camilleri, Ms. Cynthia Caruana Turner, Ms. Sahra Spiteri, Dr. Joseph Camilleri, u Mr. Franco Valletta. Is-Segretarja tal-Board hi Ms. Jean Killick.
Dr. James Scerri Worley hu avukat u għandu 30 sena. Hu gradwat fil-Liġi u fil-Mużika. Hu kiseb Masters fis-Servizzi Finanzjarji.
Meta kien għad kellu 4 snin beda jistudja l-vjolin u kiseb numru ta’ Diplomi fil-Mużika, fosthom Liċenzjat fid-Daqq tal-Vjolin mil-London College of Music filwaqt li fl-Universita’ ta’ Malta studja l-istorja tal-muzika, il-kompożizzjoni, d-direzzjoni mużikali, l-armonija u l-kontrapunt. Dr. Scerri Worley ilu fil-Bord tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali mill-2008.
Mro. Michael Laus se jibqa’ Direttur Residenti tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali filwaqt li Mro. Joseph Vella nħatar bħala Kompożitur Residenti tal-istess Orkestra.
Filwaqt li ħatret il-Bord il-ġdid, il-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolres Cristina irringrazzjat lis-Sur Lino Attard, ex Chairman tal-Orkestra u membru oħra li servew fuq l-istess Bord għal numru ta’ snin, is-servizz li taw biex l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali kompliet miexja ‘l quddiem u tikseb suċċessi fil-ħidma tagħha.
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986