Left arrow Go Back

JITĦABBRU D-DATI TAL-ISTAĠUN TAL-KAĊĊA U L-INSIB GĦALL-ĦARIFA LI ĠEJJA

pr1317
Date Icon 31/07/2009

Wara li kkonsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ORNIS, il-Gvern qed iħabbar id-dati tal-istaġun tal-kaċċa u l-insib għall-ħarifa li ġejja:

Il-kaċċa minn fuq l-art tista’ ssir bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-31 ta’ Jannar 2010, bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u sagħtejn wara nżul ix-xemx fil-ġranet mit-Tnejn sas-Sibt, u bejn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx u s-siegħa ta’ wara nofsinhar (1.00 p.m.) fil-Ħdud u l-Festi Pubbliċi.  Dawn id-dati issa se jiddaħħlu fil-liġi ħalli dan l-istaġun ikun stabbilit fil-liġijiet ta’ pajjiżna.

Bħala protezzjoni għat-tajr tal-priża, għal ġimagħtejn matul dawn il-ħames xhur (bejn il-15 ta’ Settembru u l-30 ta’ Settembru), il-kaċċa fuq l-art ma tistax issir bejn it-3.00 p.m. u sagħtejn qabel titla’ x-xemx. 

Madanakollu l-Gvern, wara  li kkonsulta mal-Korp tal-Pulizija, lest jikkunsidra li jippermetti l-kaċċa fuq l-art issir f’lokalita` waħda ġewwa Malta matul dawn il-hinijiet jekk issir proposta tajba ta’ self regulation lill-Korp tal-Pulizija mill-kaċċaturi ghal din il-lokalita`. Jekk dan l-esperiment jirnexxi, dan il-proċess jista’ jitwessa’ fl-istaġun li jmiss.

Il-kaċċa minn fuq il-baħar tista’ ssir bejn l-1 ta’ Ottubru 2009 u l-31 ta’ Jannar 2010. 

L-insib tal-Gamiem u Summien ser ikun jista’jsir bejn l-1 ta’ Settembru 2009 u l-30 ta’ Ottubru 2009, filwaqt li t-teħid ta’ Pluviera u Malvizz ser ikun jista’ jsir bejn l-20 ta’ Ottubru 2009 u l-10 ta’ Jannar 2010.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow