Left arrow Go Back

JINTEMM KORS TA’ TAĦRIG GĦALL-KUNSILLIERA LOKALI ELETTI FL-AĦĦAR ELEZZJONI

pr1305
Date Icon 29/07/2009

Illum ġie fi tmiemu kors ġenerali għall-kunsilliera lokali li ġew eletti fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Fi tmiem il-kors, li għalih attendew numru sabiħ ta’ kunsilliera eletti, is-Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni Chris Said qassam ċertifikati lill-parteċipanti kollha.

F’diskors li għamel f’din l-okkażjoni Chris Said saħaq dwar l-importanza tat-taħrig u qal li żieda fir-riżorsi umani u finanzjarji ma tkun tfisser xejn jekk dawk li jridu jħaddmu l-istess riżorsi ma jkunux imħarrga biex jagħmlu dan b’mod effiċċjenti u għaqli.

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali semma ż-żidiet finanzjarji li ħadu l-Kunsilli Lokali din is-sena u qal li jekk il-Kunsilli Lokali jieħdu vantaġġ mill-iskemi speċjali u l-opportunitajiet li qed joffrilhom il-Gvern, ikunu qed jagħmlu użu minn aktar minn 40 miljun Ewro.

Fost skemi speċjali li se jiġu konklużi f’Awissu Chris Said semma l-iskema tal-aċċessibilità, l-iskema tal-lokalitajiet sostenibbli, l-iskema ta’ lokalitajiet bi bżonnijiet speċjali, il-Green Challenge Award u l-Local Enterprise Award.  Huwa semma wkoll li fil-ġranet li ġejjin se titnieda l-Kampanja Ndafa fost il-Kunsilli Lokali.

Is-Segretarju Parlamentari tkellem ukoll dwar is-sistema ta’ nfurzar lokali u qal li diġa bdew laqgħat mal-istakeholders kollha tas-sistema sabiex din tiġi riveduta u tassew tilħaq l-għan tagħha.

Dwar it-taħrig Chis Said qal li dan kien kors ġenerali iżda fil-ġimgħat u xhur li ġejjin se jsiru korsijiet aktar speċjalizzati sabiex kemm il-kunsilliera u kif ukoll l-impjegati tal-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu jagħtu l-aqwa servizz lir-residenti. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow