Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1302
Date Icon 29/07/2009

Għaddejjin ix-xogħlijiet ta’ parkeġġ u tisbiħ fuq l-għalqa ta’ Kola fir-Rabat

Konxju mill-importanza turistika ta’ dawn l-inħawi fir-Rabat kif ukoll sabiex jitneħħa kull detriment għas-saħħa lir-residenti, ikkaġunat mit-trabijiet li jinqalgħu mill-Għalqa ta’ kola fir-Rabat, il-Gvern impenja ruħu biex isir dan il-proġett ta’ tisbiħ.

Dalgħodu l-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali George Pullicino żar dawn ix-xogħlijiet. Din iż-żona li kienet abbandunata u mitluqa issa qed isirilha xogħol ta’ tisbiħ fejn fost l-oħrajn se jsir parkeġġ organizzat.

Wara taħdidiet twal mas-Supretendent għal-Wirt Kulturali instabu l-aħjar soluzzjonijiet biex din iż-żona titranġa filwaqt li jiġu ppriservati l-fdalijiiet arkeoloġiċi li hemm.

Għalhekk flimkien mas-Supretendent għal-Wirt Kulturali ġie miftiehem metodu ta’ intervent li ser iservi kemm biex jipprovdi spazju għal parkeġġ, biex itejjeb l-ambjent f’dan il-post importanti u wkoll biex jippreserva l-arkeoloġija filwaqt li jgħamilha faċli biex meta , fil-futur, ikun hemm il-ħsieb li din tiġi skavata u ddokumentata, dan ikun jista’ jsir bla tfixkil permezz ta’ layer ta’ gravel li qed jitpoġġa (kif qed taraw) fejn fuqu ġej saff ta’ tarmac jagħmila faċli biex jekk ikun hemm il-ħtieġa dan ikun jista jitneħħa.

Din l-għalqa hija t-tieni minn lista ta’ proġetti li nieda il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali għal din iż-żona fix-xhur li għaddew. Dan wara li jinsabu għaddejin ix-xogħlijiet ta’ restawr tal-funtana tas-Saqqajja, fejn ix-xogħol miexi b’ritmu tajjeb ħafna.  Wara dan, ser jibdew ix-xogħlijiet ta’ pavimentar ta’ triq Santu Wistin u Misraħ Santu Wistin, li propju jgħaqdu  din l-għalqa ta’ kola maċ-ċentru tar-Rabat.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow