Imfakkar il-Poeta Għawdxi Ġorġ Pisani
pr1293
27/07/2009
| L-Għaqda Poeti Maltin, ikkommemorat lill-poeta | Għawdxi Ġorġ Pisani, waqt serata mtellgħa fuq il-Bastjun ta’ San Ġwann fiċ-Ċittadella. Il-programm imħejji għal din il-kommemorazzjoni kien jinkludi tagħrif bijografiku fuq Pisani, li minbarra poeta u kittieb kien ukoll għalliem u patrijott ta’ Għawdex. Dan ħareġ ukoll minn dak li ntqal dwaru minn diversi kelliema waqt il-programm, li matulu nqraw ukoll siltiet minn xogħlijiet letterarji tiegħu li kienu jinkludu poeżiji, ir-rumanz ‘Beraq u Qawsalli’ u l-kummiedja soċjali ‘Is-sigriet ta’ Swor Kristina’. Ma setgħetx tonqos il-poeżija ‘L-Għid taż-Żgħożija’ li għaliha Pisani baqa’ magħruf bħala ‘l-Poeta taż-Żgħożija’. Il-programm kien imżewwaq ukoll b’interventi mużikali minn Hilary Spiteri u Joe Engerer. |
| Is-Sur Alfred Massa, President ta’ l-Għaqda | Poeti Maltin, fl-introduzzjoni tiegħu fisser kif din l-Għaqda twaqqfet bil-għan li tkattar fost il-poplu Malti, l-interess għall-poeżija. Huwa għalhekk li ta’ kull xahar, l-Għaqda torganizza serati ta’ poeżija f’lokalitajiet differenti ta’ Malta u Għawdex. L-Għaqda Poeti Maltin hija stabbilita sew fix-xenarju letterarju Malti u rnexxielha tistabbilixxi wkoll relazzjonijiet qawwija ma’ Għaqdiet letterarji barra minn Malta. Dan qed jgħin biex il-poeżija Maltija tkun apprezzata wkoll barra minn xtutna. |
| Waqt l-għeluq ta’ din is-serata, il-Ministru | għal Għawdex, l-Onor. Giovanna Debono, qalet li dak li ntqal u ttella’ waqt il-programm, jixhed kemm Ġorġ Pisani kien iħobb verament lil Għawdex. Huwa rnexxielu jesprimi dan permezz tal-kitbiet tiegħu li ser jibqgħu dokumentazzjoni ħajja ta’ bosta ħrejjef u tradizzjonijiet storiċi u folkloristiċi Għawdxin. |
| Il-Ministru fakkret ukoll wirja li saret aktar | kmieni din is-sena fis-sala ta’ l-esebizzjonijiet tal-Ministeru għal Għawdex, fl-okkażjoni ta’ l-ewwel ċentinarju mit-twelid ta’ dan il-poeta. Permezz tad-diversi manuskritti, korrispondenza u ritratti li kien hemm għall-wiri, spikkat il-ħidma li wettaq Ġorġ Pisani matul ħajtu. B’mod partikolari kienu jindikaw il-valuri u l-prinċipji li kien jgħożż Ġorġ Pisani bħala promotur ta’ l-edukazzjoni fost il-poplu u l-apprezzament tal-wirt storiku u naturali tal-gżira ta’ Għawdex. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986