1905 STUDENT TEMMEW B’SUĊĊESS KORSIJIET FL-MCAST
pr1289
27/07/2009
| Fi tmiem is-sena | akkademika li ntemmet f’Ġunju li għadda, 1905 studenti tal-MCAST temmew l-istudji tagħhom b’suċċess. Fosthom kien hemm 751 student li spiċċaw b’Ċertifikat jew Diploma li hi rikonoxxuta mhux biss f’Malta imma wkoll fl-Ewropa u pajjiżi oħra. |
| Minn Ottubru li | ġej, 159 minn dawn l-istudenti se jkollhom l-opportunita’ li jkomplu jistudjaw biex jiksbu degree fl-istess suġġett fl-Istitut tal-Arti u d-Disinn, l-Istitut tal-Kummerċ u n-Negozju, f’dak tal-Inġinerija Elettronika u l-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informatika. Dawn l-erba’ istituti mis-sena akkademika li jmiss se joffru t-Top Up Degrees għall-istudenti tagħhom. |
| Il-Ministru | tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport Dolores Cristina dal-għodu żaret l-MCAST f’Raħal Ġdid fejn iltaqgħet ma’ għadd ta’ studenti li marru japplikaw biex f’Ottubru li ġej jibdew kors f’xi wieħed mid-disa’ istituti tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija. Dawn l-applikazzjonijiet se jkomplu jintlaqgħu matul din il-ġimgħa |
| Waqt din iż-żjara | l-Ministru tkellmet ma’ bosta ġuvintur u tfajliet li marru biex japplikaw, dwar il-karriera li jixtiequ jagħmlu u ħeġġithom biex jisfruttaw l-opportunitatjiet ta’ studju li l-pajjiż qed joffrilhom u li jiggarantulhom impjieg li jagħtihom sodisfazzjon. |
| Hu mistenni li | fis-sena akkademika li jmiss in-numru ta’ studenti fl-MCAST jaqbeż il-5,000 – żieda ta’ aktar minn 200 student fuq is-sena li għaddiet. Dan jixhed is-suċċess kbir tal-MCAST, il-fiduċja li jgawdi fost l-isudenti u l-firxa ta’ opportunitajiet li joffri lil dawk li jridu jibqgħu jistudjaw wara l-eta’ obbligatorja. |
| Fil-fatt, is-sena | li ġejja l-MCAST se jkun qed joffri 107 korsijiet full time u 140 kors part-time fl-Istituti tiegħu f’Malta u 16-il kors full time u tnejn part-time f’Għawdex. |
| Istitut | Full Time Part Time |
| Istitut tal-Inġinerija | Mekkanika 13 11 Inġinerija Elettronika 12 11 Bini u Kostruzzjoni 20 11 Teknoloġija tal-Infomrazzjoni 8 35 Kummerċ u Negozju 12 9 Arti u Disinn 14 23 Marittimu 4 17 Servizzi fil-Komunita 17 14 Agribusiness 7 9 Għawdex 16 2 |
| Kif tħabbar | il-ġimgħa li għaddiet, minn Ottubru li ġej l-istudenti li jattendu l-programm Pathways se jibdew jirċievu l-Għotja ta’ Manteniment (Stipendju), bħal studenti oħra tal-MCAST. |
| Barra minn hekk, | dawk l-istudenti li jmorru għall-Higher National Diploma u għal Degree se jirċievu l-istess stipendju bħal studenti tal-Universita’ li jkunu qed jagħmlu korsijiet fl-istess livell. |
| Sadattant | il-pjanti tal-Campus il-ġdid tal-MCAST, proġett li se jiswa €116 miljun, (parti minnhom fondi tal-Unjoni Ewropea) qegħdin quddiem l-Awtorita’ għall-Ambjent u l-Ippjanar biex malli jkunu approvati jkun jista’ jibda x-xogħol biex l-Istituti kollha tal-MCAST jinġabru f’post wieħed. |
| F’Ottubru li ġej, | ic-Child Care Centre “Magic Moments” li kien inawgurat uffiċjalment f’Mejju li għadda, se jilqa’ fih tfal ta’ studenti u lecturers tal-MCAST. |
Other Press Releases:
PR261986en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...
PR261986