Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAR-RIŻORSI U L-AFFARIJIET RURALI

pr1283
Date Icon 24/07/2009

Investiment f’pajjiż isbaħ b’aktar indafa

Il-Gvern tul dawn l-aħħar snin investa b’mod qawwi fil-facilitajiet għall-ġbir tal-iskart u fit-tindif tal-pajjiż.  Għal ftit propoganda rħisa l-Oppożizzjoni tagħżel li tinjora anki l-fatti.

Fost l-inizjattivi li ttieħdu hemm:

  • Il-bini ta’ ħames faċilitajiet li jilqgħu fihom skart goff biex dan jiġi riċiklat.
  • Skart goff jinġabar b’xejn minn wara l-bieb tad-djar tal-familji.
  • Ġew impoġġija kontenituri biex jintefa fihom l-iskart f’toroq u żoni li jaqgħu taħt ir-responsabilta’ tal-Gvern.
  • Id-Dipartiment tal-Indafa Pubblika kompla jinvesti f’xiri ta’ aktar makkinarju modern għal ġbir ta’ skart u tindif.
  • Saru ‘l fuq minn 800 kontenitur għal ġbir ta’ skart separat, (bring in sites).

Dan kollu sar u qed isir sabiex pajjiżna jinżamm dejjem nadif mhux biss għat-turisti li jżurna iżda biex kulħadd igawdi minn ambjent aktar nadif  u jitjieb il-livell tal-għixien tal-poplu.

Il-Gvern fil-qasam tal-indafa pubblika f’żoni kummerċjali u turistiċi f’dawn ix-xhur tas-Sajf qiegħed kontinwament għaddej bla waqfien b’diversi inizjattivi.  Fost dawn l-azzjonijiet insibu;

  • Li f’Paceville qed isir tindif 24 siegħa kuljum u kull filgħaxija l-art ukoll tinħasel.
  • Jiġu mnaddfa u maħsula wkoll il-promenades matul il-ħinijiet ta’ tard fil-għaxija partikolarment minn San Ġiljan sa tas-Sliema.
  • Issir ġabra oħra ta’ skart mill-bins kuljum fis-7.00 ta’ fil-għaxija miċ-ċentru kummerċjali ta’ Tas-Sliema sal-Bajja ta’ Spinola f’San Ġiljan.

Permezz ta’ sistema ta’ spettorat, fejn jiġi rraportat li hemm il-ħmieġ f’lokalita’ partikolari, id-Dipartiment jibgħat javża lill-kunsill lokali u jekk dan ma jnaddafx sa tlett ijiem, id-dipartiment jidħol għal dan ix-xogħol għas-spejjes tal-kunsill. B’hekk qed jiġi infurzat ukoll l-bżonn li l-Kunsilli Lokali jżommu nadif.

Matul din is-sena daħlu sistemi godda ta’ kif isir it-tindif fil-bajjiet tagħna:qed isir tindif kontinwu permezz ta’ ħaddiema li jduru mal-bajjiet jiġbru l-iskart, u darba fil-ġimgħa f’kull bajja jsir is-sand sifting.

Il-Gvern jappella lill-pubbliku biex jingħaqad mal-ħidma li qed iwettaq biex pajjiżna jinżamm nadif, tul is-sena kollha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  150th anniversary of Carlo Diacono’s birth commemorated with a concert under the patronage of Speaker Carmelo Abela

PR261986en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER 150th anniversary of Carlo Diac...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER  Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn twelidu b’kunċert taħt il-patroċinju tal-Ispeaker Carmelo Abela

PR261986

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Carlo Diacono mfakkar 150 sena minn t...

More Press Releases Right arrow