Iffirmat ftehim li ser iwassal għal aktar kordinazzjoni f’operazzjonijiet ta’ salvataġġ mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
PR1721
12/11/2008
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u kumpanija ewlenija tat-telekomunikazzjoni f’Malta dal-għodu iffirmaw ftehim li bih dan id-Dipartiment ser ikun mgħammar biex ikun jista’ jikkordina l-operazzjonijiet tiegħu b’mod aktar effettiv.
Il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici f’diskors qasir qabel l-iffirmar tal-ftehim esprima s-sodisfazzjon tiegħu li għal darb’oħra, s-settur privat qed ikun parteċipi u juri responsabilità f’qasam importanti għas-soċjetà tagħna bħal ma huwa l-protezzjoni ċivili.
| Hu stqarr li bħala l-entità responsabbli | mill-kordinazzjoni ta’ salvataġġ f’każijiet ta’ emerġenza, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (DPĊ) huwa dipendenti fuq il-mezzi ta’ komunikazzjoni effettivi. “Dan il-ftehim ta’ sponsorizzazzjoni minn GO plc għalhekk ser ikompli jsaħħaħ l-effettività tad-DPĊ f’dan il-qasam importanti għas-soċjetà tagħna,” qal il-Ministru. |
| “Tajjeb ngħid li sa’ tmiem Settembru ta’ din | is-sena, dan id-Dipartiment kien irrisponda għal 3,931 rapport ta’ nirien, 104 inċident tat-traffiku u 31 talba għal salvataġġ ta’ annimali.” |
| “Għalkemm f’Malta ftit ikollna diżastri u | traġedji kbar, il-kordinazzjoni tal-operazzjoni tas-salvataġġ taf tfisser id-differenza bejn il-ħajja u l-mewt minbarra li tnaqqas il-ħsara fil-propjetà. Il-ftehim li qed jiġi ffirmat illum ser iservi proprju f’każijiet bħal dawn, speċjalment fejn ikun hemm bżonn il-mobilizzazzjoni ta’ aktar riżorsi, kif ukoll aktar interazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u qawwiet taż-żamma tal-ordni bħal Pulizija u l-Armata, organizzazzjoniet non-governattivi, u l-awtoritajiet tas-saħħa.” |
| “Nirringrazzja għalhekk lis-Sur David Kay f’isem | GO plc, għas-sens ċiviku li qed turi l-kumpanija tiegħu bl-iffirmar ta’ dan il-ftehim,” temm jgħid il-Ministru. |
| Id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni | Ċivili, is-Sur Peter Cordina, qal li ċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni Mobbli li qed jiġi mgħammar minn GO plc mhux ser ikun qed jintuża biss f’każijiet ta’ inċidenti gravi, iżda anke f’attivitajiet tal-massa bħal kunċerti mużikali. |
| Il-Kap Eżekuttiv ta’ GO David Kay qal: “Permezz | ta’ dan il-ftehim ta’ sponsorizzazjoni, GO qed tipprovdi t-teknoloġija u s-servizzi kollha tagħha lill-Protezzjoni Ċivili sabiex tkun tista’ taqdi dmirha aħjar u b’aktar effiċjenza – inklużi sistemi ta’ wireless data. Is-support ta’ GO f’dan ir-rigward ser ikun ta’ 24 siegħa kuljum. Din l-inizjattiva tifforma parti mill-programm ta’ Corporate Social Responsibility ta’ GO.” |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en