Left arrow Go Back

STQARRIJA TAD-DIVIŻJONI TAL-KONSUMATUR U TAL–KOMPETIZZJONI RIGWARD ILMENTI MINGĦAND IL-PUBBLIKU FUQ ŻIEDA FIL-PREZZIJIET TAS-‘SOLAR WATER HEATERS’

PR1720
Date Icon 12/11/2008
Id-Diviżjonital-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni rċeviet numru ta’ lmenti mingħand il-pubbliku rigward żieda sostanzjali fil-prezzijiet tas ‘Solar Water Heaters’ eżattament wara li tħabbar il-budget.
Id-Direttorattal-Infurzar fi ħdan id-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, wettaq spezzjonijiet f’numru ta’ ħwienet madwar Malta u Għawdex, fejn sar studju eżawrjenti tas-sitwazzjoni reali. Wara li ġiet miġbura l-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet ta’ analiżi komparattiva, deher ċar li dawn l-ilmenti ma kienux ġustifikati.
Id-Diviżjonitixtieq tinforma lill-pubbliku li dan l-eżerċizzju ser jitkompla. Kull ilment għandu jintbagħat lid-Diviżjoni tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni, Office for Fair Trading, Triq il-Kanun, Santa Venera,  jew fuq telefown 21 446250-5.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow