Left arrow Go Back

Fiera Nazzjonali  tal-Ktieb

PR1719
Date Icon 12/11/2008
Il-Fiera tal-Ktieb hijaopportunita’ unika biex niċċelebraw il-ktieb.  Il-fiera qed tibgħat messaġġ importanti ħafna: il-ktieb mhux frugħa jew ħela ta’ ħin imma hu importanti daqs kemm hi importanti l-ekonomija u l-iżvilupp.  Poplu li ma jaqrax jinqata’ lura u qed jitlef.  Il-qari jsaħħaħna u jagħmilna bnedmin sħaħ.  Jiftaħ il-menti tagħna u jagħmilna aktar bnedmin.  Dan qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, Dolores Cristina, meta inawgurat l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb.
Il-Ministru Cristina sostniet li l-Fiera hijaimportanti għax tiċċelebra l-ktieb Malti.  Il-prodott Malti llum mexa ’l quddiem u hu simbolu importanti tal-kreattivita’ li jħaddan il-poplu Malti.  Il-Gvern ma jistax ma japprezzax l-impenn tal-kittieb u l-pubblikatur Malti.
Din l-importanza tal-Fiera tkompli tiżdiedspeċjalment meta niftakru kemm is-suq tagħna hu żgħir u fraġli.  Malta f’dan il-qasam qed tagħmel il-mirakli u l-gvern hu rikonoxxenti għal dan kollu.  Fil-fatt f’Malta jkunu pubblikati medja ta’ 400 ktieb fis-sena.
Il-Ministru Cristina appellat lill-kittieba biexikunu ‘leħen’ importanti fil-pajjiż tagħna li kuljum qed jagħmel kilometri kbar ‘il quddiem.  Tkun ħsara jekk il-kittieb iċedi u jaqa’ lura u jabdika mir-rwol importanti li għandu.  Il-kittieba għandhom jiggwidaw nazzjon.  Għandhom jiġbdulu l-attenzjoni meta l-poplu jintilef u jitlef il-linja dritta.
Hi ferħet lill-pubblikaturi li tant irsistew uqed jirsistu biex b’sagriffiċċji jmexxu ’l quddiem din l-industrija għażiża tal-kotba.  Bis-saħħa tagħħom, illum jista’ jkollna fiera ta’ dan il-livell. Il-pajjiż hu obbligat lejhom u permezz tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li jorganizza l-Kunsill, tingħaraf il-kapaċita’ tagħħom.
Il-Ministru appellat biex kittieba upubblikaturi jkomplu jinvestu f’dan il-poplu għax dan mhux biss hu investiment li jagħti l-flus imma qed jgħin biex il-poplu jikber u jistagħna.
Hi uriet ukoll l-apprezzament għall-ħidmatal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb li qed jagħmel ħiltu biex iwassal il-messaġġ favur il-qari, f’dinja fejn ħafna ħwejjeġ oħra jidhru jllellxu aktar.  Din hi sfida li lkoll għandna nagħtu sehemna fiha.
Il-Fieratal-Ktieb hija waħda mill-iktar attivitajiet importanti li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-mandat biex iwettaq. Il-Fiera tal-Ktieb f’pajjiżna tmur lura għas-snin 70.  Ministru wara l-ieħor kompla t-tradizzjoni li ta’ kull sena l-pajjiż jorganizza fiera differenti mill-oħrajn.
Danil-Kunsill wettaq riforma kbira.  Fl-2006, il-KNK qatagħha li l-Fiera ma tibqax issir aktar in-Naxxar, fil-Kumpless tal-Fieri, imma terġa’ lura għal Dar il-Mediterran, il-belt Valletta.  Il-ħsieb wara din iċ-ċaqlieqa kien biex tinqata’  l-idea li l-fiera hi bazaar. Il-pass kien suċċess tant li hu stmat li mas-16,000 ruħ żaru l-Fiera fl-2006.  Il-pubblikaturi u l-esebituri apprezzaw dan il-pass.  Tajjeb ngħidu li kull deċiżjoni fejn tidħol il-Fiera tittieħed flimkien mal-esebituri.
Matulil-Fiera, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizza wkoll numru ta’ attivitajiet li jkomplu jpoġġu l-ktieb fiċ-ċentru tal-attivita`. Ta’ kull sena qed jiżdiedu wkoll l-ammont ta’ studenti li jżuru l-fiera.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow