Left arrow Go Back

ĊELEBRAZZJONIJIET FL-OKKAŻJONI TAL-15–IL ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TAL-KUNSILLI LOKALI

PR1717
Date Icon 11/11/2008
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni Dr Chris Said nieda programm ta’ ċelebrazzjonijiet li ser isiru fl-okkażjoni tal-15–il anniversarju mit-twaqqif tal-Kunsilli Lokali f’Malta.
Chris Said qal li l-ewwel Kunsilli Lokalif’Malta twaqqfu f’Novembru tal-1993.  Ħmistax –il sena ilu l-Kunsilli Lokali bdew bħala esperiment iżda llum kulħadd jaqbel li dawn huma esperjenza pożittiva fil-lokalitajiet kollha.  Huwa enfasizza l-fatt li r-residenti u l-familji fit-68 lokalità f’Malta u Għawdex qed igawdu minn diversi inizjattivi li jvarjaw minn proġetti infrastrutturali għal inizjattivi soċjali, kulturali u edukattivi.
Is-Segretarju Parlamentari qal li kien wasaliż-żmien li filwaqt li nirrikonoxxu dan kollu, naraw kif nistgħu ntejbu l-operat tal-Kunsilli Lokali ħalli nassiguraw li dawn ikunu tassew għodda effettiva li taħdem biex tilħaq l-aspirazzjonijiet tar-residenti.  Kien għalhekk li propju f’dawn iż-żminijiet wasalna biex ngħalqu proċess wiesgħa ta’ konsultazzjoni biex intejbu u nsaħħu l-Kunsilli Lokali, liema proċess issa ilu għaddej kważi 6 xhur.
L-Onor. Chris Said qal li l-impenn tal-Gvernbiex jissaħħu l-Kunsilli Lokali jidher mill-inizjattivi li ttieħdu fl-aħħar baġit fejn l-allokazzjoni għall-Kunsilli Lokali ssaħħet b’mod konsiderevoli.
Propju mal-għeluq ta’ din il-konsultazzjoni qedniċċelebraw 15–il sena ta’ suċċess li għad irid ikompli jitkattar.  Huwa qal li ċ-ċelebrazzjonijiet li qed jitnedew mhumiex il-kulminu tal-esperjenza tal-Kunsilli Lokali iżda għandhom jimmarkaw tisħiħ ta’ din l-esperjenza pożittiva.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-KunsilliLokali qal li ċ-ċelebrazzjonijiet m’għandhomx ifakkru biss l-esperjenzi li għaddew iżda jservu ta’ impetu biex il-Kunsilli Lokali jaħdmu aktar u aħjar, jilħqu l-aspettattivi tar-residenti u jkunu tassew Gvernijiet Lokali li kollha flimkien iwasslu għal qabża fil-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Is-Segretarju Parlamentari għall-KonsultazzjoniPubblika u Informazzjoni għalaq billi rringrazzja lill-ex Ministri li kienu responsabbli għall-Kunsilli Lokali, lil dawk kollha li f’xi żmien jew ieħor servew bħala Sindki, Viċi-Sindki, Kunsilliera u Segretarji Eżekuttivi, lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, u lil dawk kollha li qed iservu jew servew fid-Dipartiment tal-Gvern Lokali.  Huwa ħeġġeġ biex dawn kollha jkomplu jaħdmu flimkien u biex iħarsu lejn is-suċċess passat bħala l-ewwel pass għal suċċess akbar fil-futur.
Biex dan il-programm ta’ ċelebrazzjonijiet kienpossibbli sar ħafna xogħol minn Kumitat Organizzattiv.  Is-Segretarju Parlamentari rringrazzja lil dan il-Kumitat għax-xogħol li għamel biex jara li l-programm imħejji jolqot lil dawk kollha li f’xi żmien jew ieħor taw is-servizz tagħhom lill-Kunsilli Lokali.
Il-programm ta’ attivitajiet se jibda l-Erbgħa 3ta’ Diċembru u jibqa’ sejjer sal-Ħadd 7 ta’ Diċembru.  Dan il-programm jinkludi għoti ta’ demm mill-Kunsilliera u residenti, tħawwil ta’ siġar, attivitajiet fl-iskejjel primarji, wirja ta’ artisti lokali f’Għawdex, diskussjonijiet, mixja mill-Kunsilli Lokali bis-sehem tal-banda tal-Forzi Armati fil-Belt Valletta u quddiesa solenni fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

…/Programm ta’ Attivitajiet (pr1717a.doc)

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow