Left arrow Go Back

TASAL FI TMIEMHA L-OPERAZZJONI TA’ TINDIF F’BAĦAR IĊ-ĊAGĦAQ

PR1715
Date Icon 11/11/2008
Fl-aħħar jiem ġiet fi tmiemha l-operazzjoni ta’tindif f’Baħar iċ-Ċagħaq wara l-iżgumbrament ta’ caravans u strutturi fissi oħra f’dan is-sit ix-xahar li għadda.
Dan it-tindif sar mit-Taqsima tax-Xogħolijiet fiħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali bejn it-3 u l-31 ta’ Ottubru.  Waqt din l-operazzjoni tneħħew minn fuq il-post 57 truck ta’ skart illi jammontaw għal 1093 tunellata.  Il-ħaddiema ħadu ħsieb illi jisseparaw l-iskart fuq il-post biex b’hekk materjali differenti ġew mormija separatament, skont in-natura tagħhom.
Din l-operazzjoni seħħet wara li ġie żgumbratis-sit li kien okkupat illegalment minn caravans u strutturi oħra illegali.  L-azzjonijiet ta’ infurzar seħħew fuq inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għall-Erarji Pubbliċi u Artijiet, għar-raġuni li ebda mill-istrutturi fuq il-post ma kellhom il-permess tal-Kummissarju tal-Artijiet u għalhekk ma kellhom ebda jedd jew titolu fuq l-art.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow