Seminar ta’ EkoSkola u tqassim ta’ Ċertifikati
PR1714
11/11/2008
| Waqt li kienu qed jindirizzaw | lil numru ta’ tfal u għalliema fl-iskola primarja tas-Siġġiewi li kienu qed jipparteċipaw f’seminar ta’ EkoSkola, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali, l-Onor. George Pullicino flimkien mal-Ministru tal-Edukazzjoni, Kultura, Żgħażagħ u Sport, l-Onor. Dolores Cristina tkellmu dwar l-Ambjent u l-bżonn li nħarsuh u nibżgħu għalih. Jekk ma naħdmux favur l-ambjent għad jasal żmien li jkollna niffaċċjaw problemi kbar għaliex mingħajr ambjent tajjeb ma jistax ikollna kwalita’ ta’ ħajja aħjar. |
| Il-Ministri faħħru l-inizjattiva | ta’ EkoSkola fejn għaqda volontarja li taħdem favur l-ambjent, Nature Trust, ingħaqdet mal-iskejjel tagħna biex tipprovdi programm interessanti għall-istudenti dwar il-ħarsien tal-ambjent. Permezz ta’ dan il-programm, l-istudenti tagħna, sa minn eta’ żgħira qed jitgħallmu kif għandhom ikunu ċittadini responsabbli. L-Ekoskola qed tipprovdi għodda lill-istudenti biex jifhmu l-problemi ambjentali u jsibu soluzzjonijiet effettivi li jistgħu jaħdmu fuqhom huma stess. |
| Il-Ministru Cristina sostniet | li l-attivitajiet ta’ Ekoskola jdaħħlu fl-istudenti sens li huma wkoll jistgħu jagħmlu xi ħaġa dwar l-ambjent u twassalhom biex isiru aktar responsabbli għall-futur ta’ pajjiżna u jaħdmu favur żvilupp sostenibbli. Dan il-programm jidħol tajjeb ħafna mal-kurrikulu nazzjonali u allura mhux impost u anqas qed ifixkel mill-attivitajiet tal-iskejjel li jipparteċipaw fil-programm. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni | spjegat li EkoSkola hu programm internazzjonali li jiffoka dwar l-ambjent bl-iskop li jgħin l-iskejjel jiżviluppaw imġieba ambjentali responsabbli fl-istudenti tagħhom, permezz ta’ proċess ħieles li jassikura l-parteċipazzjoni tat-tfal kollha. |
| Il-Ministru Pullicino waqt li | faħħar u rringrazzja lil kull min huwa nvolut f’dan il-proġett ħabbar li f’Jannar li ġej, se jkun qed jiġi organizzat Climate Change Summit għat-tfal, fejn numru ta tfal se jkunu mistiedna sabiex jattendu għal din l-attivita’ mifruxa fuq weekend sabiex jiddiskutu il-bdil fil-klima. |
| Il-Ministru Pullicino ħeġġeġ | lil kulħadd sabiex fi tmiem il-ġimgħa jipparteċipa fit-tree planting weekend organizzata mill-Ministeru għar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali f’Għajn Tuffieħa, sabiex inkomplu nżidu l-għadd ta’ siġar f’pajjizna. |
| Il-Ministru Pullicino temm | billi ħeġġeġ lill-iskejjel sabiex isiru huma wkoll Carbon Neutral, jiġifieri jroddu lill-ambjent siġar li jinnewtralizzaw il-volum ta’ diossidju tal-karbonju (CO2), li l-iskejjel ikunu kkontribwew permezz tal-konsum tad-dawl tagħhom. Huwa saħaq li l-Gvern huwa determinat li s-sena d-dieħla jitfassal Carbon Neutral Programme għal pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en