Left arrow Go Back

INVESTIMENT QAWWI FID-DISTRIBUZZJONI TAL-ENERĠIJA MILL-KORPORAZZJONI ENEMALTA

PR1713
Date Icon 11/11/2008
F’dawn l-aħħar ħames snin, il-KorporazzjoniEnemalta wettqet investiment qawwi fuq is-sistema tad-distribuzzjoni li tlaħħaq ‘il fuq minn €65 miljun. Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni Austin Gatt qal dan meta llum inawgura uffiċjalment iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mosta b’investiment totali li jlaħħaq €15.4 miljun.
Iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mostajissupplixxi elettriku lil-lokalitajiet fit-Tramuntana ta’ Malta fosthom il-Mosta, in-Naxxar, San Pawl il-Baħar, l-Imġarr, il-Mellieħa u Għawdex.  L-ewwel fażi ta’ dan iċ-ċentru ġiet ikkummissjonata fl-2003 u kienet tikkonsisti f’link ta’ 90 MVA saċ-ċentru tad-distribuzzjoni tal-Marsa South li hi mqabbad direttament mal-power station ta’ Delimara.
Bit-tlestija tat-tieni fażi, iż-żewġ ċentri ta’distribuzzjoni msemmija huma issa mqabbdin b’żewġ ċirkwiti ta’ 132 KV  bi provvista tal-elettriku ġejja direttament mill-power station ta’ Delimara. Dawn iż-żewġ ċirkwiti huma għaddejjin minn mina li tgħaddi mill-Mosta sa Ħal Qormi bir-riżultat li ħafna mill-overhead  cables li kienu qed jintużaw biex itellgħu l-elettriku mill-Marsa għall-Mosta issa se jitneħħew.
Iċ-ċentru ta’ distribuzzjoni tal-Mosta humgħammar b’control systems mill-aktar moderni li jagħtu faċilità ta’ kontroll u remote monitoring b’ħidma li saret kollha mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni Enemalta taħt is-superviżjoni tal-kumpanija li pprovdiet it-tagħmir kollu.
Il-Ministru Austin Gatt irrimarka li danl-investiment mill-Korporazzjoni Enemalta sar biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-enerġija elettrika għad-djar residenzjali u l-postijiet tal-kummerċ u b’hekk nevitaw ukoll sitwazzjonijiet fejn il-provvista ma tlaħħaqx mad-domanda.
Il-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport uKomunikazzjoni żied li d-domanda għall-enerġija elettrika qed tiżdied, u l-Korporazzjoni Enemalta qed tinvesti fil-futur beix tlaħħaq għal dan. Tant li għas-snin li ġejjin, il-Korporazzjoni Enemalta se tagħmel investiment ta’ madwar €80 miljun f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ distribuzzjoni f’Malta. Dan minbarra wkoll il-proġett tat-tqegħid tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, b’investiment ieħor li mistenni jlaħħaq madwar €200 miljun.
Il-Ministru Austin Gatt qal li dawnl-inizjattivi kollha għandhom l-iskop li jimmodernizzaw lill-Korporazzjoni Enemalta u fl-istess waqt inkomplu bil-ħidma ħalli tintlaħaq il-mira li sa l-2015 tingħalaq il-power station tal-Marsa.
Hu semma wkoll li sa dak iż-żmien ikun twettaqproġett ieħor; dak tat-tqegħid ta’ turbina fil-power station ta’ Delimara. Il-Ministru Austin Gatt żied jgħid li sa l-2015 jista’ jkun li jsir investiment f’turbina oħra fl-imsemmija power station.
Il-Ministru Austin Gatt tenna l-fiduċjafil-ħidma li qed twettaq il-Korporazzjoni Enemalta, inkluż ukoll fl-impenn biex jintlaħħqu l-livelli stabbiliti marbuta mal-ħruġ ta’ emissjonijiet.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow