Left arrow Go Back

RIKONOXXUT IS-SEHEM TA’ LOUIS GALEA FIL-QASAM TAS-SAĦĦA MENTALI

PR1711
Date Icon 11/11/2008
Delegazzjoni tar-Richmond Foundation Malta,immexxija miċ-Chairman is-Sur Anthony Guillaumier, tat rikonoxximent lil Dr Louis Galea, illum Speaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti, għall-ħidma li huwa wettaq favur dawk b’mard mentali, speċjalment bis-sehem tiegħu għat-twaqqif tar-Richmond Foundation ħmistax-il sena ilu.
Fid-delegazzjoni kien hemm ukoll is-Sinjura KateGonzi, Deputy Chairperson tal-Fondazzjoni, is-Sinjura Antoinette Caruana, is-Sur Emanuel Ciantar, u s-Sinjorina Dolores Gauci, CEO tal-Fondazzjoni.
Il-Fondazzjoni Richmond twaqqfet f’Mejju, 1993,bl-inizjattiva ta’ grupp ta’ persuni mmexxija minn Anthony Guillaumier u bl-appoġġ sħiħ ta’ Dr Louis Galea, dak iż-żmien Ministru għall-Iżvilupp Soċjali. Din il-Fondazzjoni hi organizzazzjoni mhux governattiva li tipprovdi servizzi komunitarji fil-qasam tas-saħħa mentali biex tiżgura promozzjoni, prevenzjoni u kura għall-ħajja ta’ kwalità aħjar.
Ir-Richmond Foundation tagħti s-servizzi tagħhaminn Villa Chelsea, f’B’Kara, u mill-Floriana Hostel. Il-Fondazzjoni tmexxi diversi programmi fosthom għal tfal fi żvilupp (Kids in Development), servizz ta’ appoġġ fid-djar (Home Support Service u Supportive Housing Scheme), appoġġ fuq il-post tax-xogħol (Supported Employment Programme, Staff and Organisation Support Programme). Il-Fondazzjoni tmexxi wkoll Community Technology and Learning Centre.
F’dan il-perjodu Louis Galea kien nieda proċessta’ riforma fil-qasam tas-saħħa mentali bl-iskop li jitjiebu s-servizzi fil-komunità u fl-isptarijiet f’Malta u Għawdex. Is-Sur Anthony Guillaumier qal li, bħala parti mit-tifkira tal-ħmistax-il anniversarju mit-twaqqif tal-Fondazzjoni, il-Bord ried li pubblikament jagħti ġieħ u jirringrazzja lil Dr Louis Galea li mingħajr l-impenn tiegħu ma kienitx titwaqqaf il-Fondazzjoni Richmond.
Louis Galea, filwaqt li fisser l-apprezzamenttiegħu, sostna li bħala Ministru m’għamel xejn aktar milli kien jitlob id-dmir tiegħu. “Ir-Richmond Foundation hija eżempju ħaj tal-ġid li joħroġ minn tilqima ġenwina ta’ impenn volontarju u servizz professjonali. Wieħed mill-isbaħ episodji tal-impenn politiku tiegħi kien il-ħidma li flimkien ma’ ħafna tobba, psikjatri, nurses u uffiċjali amministrattivi għamilna, biex nidejna proċess li llum wassal biex tjiebu sew is-servizzi u t-taħriġ tal-professjonisti, nurses u paramediċi fil-qasam tas-saħħa mentali.  Iżda meta wieħed iħares ‘il quddiem insibu li għad hemm sfidi importanti li għad irridu nirbħu, fosthom, għarfien aktar effettiv biex ngħixu fi stat aħjar ta’ saħħa mentali u servizzi aktar mifruxa li jieqfu ma’ dawk li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet ta’ natura mentali.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow