GASTRO GOZO 2008 - ATTIVITAJIET TA’ FESTA TA’ IKEL TIPIKU MEDITERRANJU
PR1704
10/11/2008
| Ġew fi tmiemhom | attivitajiet ta’ festa ta’ ikel tipiku Mediterranju marbuta ma’ l-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja li ġiet imtella’ għall-ewwel darba f’Għawdex. |
| Il-Gastro Gozo 2008, | ġie organizzat mill-Kunsill Għawdxi għall-Kultura u l-Arti fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex flimkien ma’ l-Associazione Tipico ta’ Abruzzo, fl-Italja. Din l-inizjattiva, li kienet l-ewwel ta’ dan it-tip fuq il-gżira ta’ Għawdex, wasslet biex għaqqdet flimkien kokijiet, produtturi ta’ prodotti tipiċi, operaturi turistiċi u amministraturi miż-żewġ reġjuni, li flimkien fi tmiem il-ġimgħa, kienu qed jippromwovu l-prodotti gastronomiċi tipiċi taż-żewġ reġjuni. |
| Iċ-ċerimonja tal-ftuħ, li kienet ippreseduta | mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex, bdiet b’kunċert fil-Katidral ta’ Għawdex mill-kor Għawdxi Chorus Urbanus. Saret ukoll rappreżentazzjoni ta’ żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, filwaqt li ġiet inawgurata wirja ta’ skultura ta’ Paolo Spoltore, artist minn Abruzzo. |
| Waqt li kienet qed | tinawgura dan il-festival gastronomiku fiċ-Ċentru għall-Kultura u l-Arti fiċ-Ċittadella, l-Onor. Giovanna Debono, qalet li din l-inizjattiva tingħaqad mal-viżjoni tal-Gvern li jagħmel minn Għawdex gżira ekoloġika. Hija awgurat li din l-okkażjoni sservi biex tqanqal kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn Għawdex u r-reġjuni tal-Abbruzzo u l-Veneto. Hi semmiet kif diġà jeżistu ġemellaġġi bejn lokalitajiet f’dawn ir-reġjuni li permezz tagħhom jiġu promossi oqsma bħal ma huma dawk ambjentali, turistiċi, il-wirt storiku u s-saħħa billi jiġu adottatti stili ta’ ħajja aktar tajbin. |
| Waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ, tkellmu wkoll il-President | tal-Associazione Tipico ta’ Abruzzo u l-President tal-Comune di Venezia. |
| Saret ukoll konferenza bit-tema | Nevitaw l-obesità permezz ta’ Dieta Mediterranja, li fiha pparteċipaw kelliema lokali u barranin fosthom in-nutrizzjonista Taljan Dr. Corrado Pierantoni u l-antropologu Malti Dr Ray Debono Roberts. Matul din il-konferenza, l-Onor. Giovanna Debono stqarret li din l-attività tippromwovi l-awtentiċità tal-ġenwinità tal-prodott tipiku f’dinja globalizzata li ħafna drabi tippromwovi l-konumiżmu mingħajr ma’ tirrispetta biżżejjed il-prodott artiġjanali. Hija faħħret l-inizjattiva ta’ din il-konferenza li matulha esperti gastronomiċi ddiskututew il-ġenwinità u l-produzzjoni ta’ ikel tipiku tar-reġjuni mediterranji. |
| L-ewwel Laqgħa Gastronomika Mediterranja ġiet fi | tmiemha b’ikla speċjali f’Palazzo Palina, f’Ta’ Ċenċ, fejn għaxra mill-aqwa kokijiet mir-reġjuni ta’ Abruzzo u Veneto ppreparaw esperjenza gastronomika unika għall-mistednin li attendew. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en