JUM IT-TIFKIRA F’GĦAWDEX
PR1702
10/11/2008
| Ċerimonja qasira imma sinifikattiva nżammet | quddiem il-monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza biex jiġi mfakkar Jum it-Tifkira magħruf ukoll bħala l-Poppy Day. |
| Il-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono | flimkien ma’ rappreżentanti ta’ bosta għaqdiet u organizzazzjonijiet qiegħdu l-kuruni tradizzjonali tal-pepprin aħmar f’riglejn il-monument li jfakkar lill-vittmi Għawdxin li tilfu ħajjithom bejn is-snin 1939 – 1945 b’azzjoni mill-għadu matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-monument magħruf ukoll bħala Kristu Re nħadem mill-iskultur Carlo Pisi fis-sena 1949 u ġie nawgurat mir-Reġina Elizabbetta II fis-7 ta’ Mejju 1954. Preżenti wkoll għaċ-ċerimonja kien hemm numru ta’ veterani tal-gwerra u membri tal-British Legion Malta. Għadd ta’ sindki Taljani li qed jipparteċipaw fil-Gastronomical Festival organizzat mit-Taqsima tal-Kultura kienu wkoll preżenti. |
| Iċ-ċerimonja kienet tinkludi qari ta’ poeżija, | qari ta’ ismijiet u dettalji tal-vittmi tal-Gwerra Għawdxin mis-Sur Charles Bezzina u talb għall-vittmi. Ha sehem ukoll l-istakkament Għawdxi ta’ Suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta. |
| Mat-tokki tal-ħdax ta’ filgħodu nżammet minuta | silenzju u ndaqqu l-Last Post u r-Reveille filwaqt li ftit wara l-ħdax sar fly past minn ajruplan tar-Royal Air Force fuq Pjazza Indipendenza. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en