SPEECH BY THE PRIME MINISTER, THE HON. LAWRENCE GONZI DURING THE PAIS SEMINAR ENTITLED ‘THE WHOLE PERSON - WHAT ABOUT THEM’.
Third annual teacher training seminar from Gift of Life and our Pro-Life Awareness In Schools education section (PAIS)
F’pajjizna ghandna x-xorti li lkoll nemmnu fid-dritt ghall-hajja sa mill-bidunett tat-tnissil tal-bniedem, u lkoll naqblu li ghandna niddefenduh. Izda dan it-twennim ikun parzjali u u d-difiza tieghu tkun imxelfa jekk ma jkunux imsiehba minn passi konkreti li jharsu mhux biss id-dritt li tghix, izda jseddqu wkoll il-mod kif tghix.
Il-bniedem mhux persuna ta’ dimensjoni wahda: dik fizika biss. Il-bnedmin huma persuni li ghandhom diversi dimensjonijiet. Hemm dimensjoni kulturali, spiritwali, mentali, intellettwali u emottiva, fost l-ohrajn li jridu jigu indirizzati u zviluppati. U biex inkunu tassew persuni shah irridu naraw li t-twettieq ta’ kull wahda minn dawn il-perspettivi tkun mibnija fuq il-valuri.
Dan jghodd sew ghall-isforzi ta’ kull wiehed u wahda minna biex niskopru aspetti differenti ta’ hajjitna. Jghodd ukoll ghat-tkattir tar-relazzjonijiet mibnija fuq l-ghozza u l-istima reciproka; ghar-rispett lejn l-ambjent u l-gharfien ta’ dak li huwa sabih. Dawn kollha huma bzonn ghall-bnedmin daqs il-bzonn ghall-ikel. Jekk nirriducu lill-bniedem ghall-dimensjoni wahda inkunu faqqarnieh u aljenajnieh minnu nnifsu u mill-ohrajn.
Ghalhekk nifrah lill-organizzaturi li f’dan is-seminar qed jindirizzaw il-persuna umana b’mod shih.
Fl-gharfien ta’ dawn id-dimensjonijiet differenti u fil-kisba ta’ l-ahjar kundizzjonijiet biex inwetquhom, intom l-edukaturi kif ukoll ahna l-politici ghandna rwoli differenti izda rwoli li ghandhom jintisgu flimkien. Huma kumplimentari ghal xulxin.
L-edukazzjoni u l-politika ghandhom ikunu ispirati mill-vizjoni tal-bniedem shih u ghandhom ikunu ghas-servizz tal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha. L-edukazzjoni u l-politika huma fost l-ghodod l-aktar siewja li jghinu lill-bnedmin jirrealizzaw lilhom infushom. L-edukazzjoni u l-politika, ghalhekk, jaqdu tassew lill-bniedem jekk ikunu edukazzjoni ghall-valuri u politika tal-valuri. Ghax x’inhu l-bniedem bla valuri? Il-valuri jsostnu r-ruh ta’ kull hidma li naghmlu ahna l-bnedmin u jaghtu sens lill-hidma li nwettqu.
Huwa dmir taghna l-politici, ghalhekk, li fil-hidma kollha taghna nkunu spirati mis-servizz ghal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha. Ahna rridu nahdmu biex nibnu socjeta’ fejn kull bniedem jizviluppa d-dimensjonijiet varji li jaghmlu n-natura umana, u biex kull bniedem jizviluppa l-hiliet, it-talenti u l-karatteristici parikolari tieghu jew taghha. Ahna l-politici rridu nibnu socjeta’ fejn hadd ma jaqa’ lura; fejn hadd ma jibqa’ barra.
Fil-hidma taghna rridu nharsu lejn il-bniedem shih ta’ llum u ta’ ghada. Id-decizjonijiet li niehdu llum irridu naraw kif jaffettwaw il-generazzjonijiet li gejjieni; biex il-generazzjonijiet ta’ ghada jkunu jistghu jiehdu l-ahjar decizjonijiet ghalihom infusuhom bla xkiel ghal ta’ warajhom. Il-generazzjonijiet futuri huma importanti ghall-hidma politika daqs il-generazzjonijiet prezenti. Politika mibnija fuq is-sostenibbilta’, ghalhekk, hija politika ghas-servizz tal-bniedem shih.
Irridu nahdmu mhux biss biex nissodisfaw il-htigjiet ta’ setturi partikolari izda rridu npoggu fuq quddiem nett il-gid komuni. Din il-politika ta’ solidarjeta hija tassew politika bil-bniedem fic-centru taghha.
Irridu nibnu politika fejn il-bniedem ma jkunx l-oggett jew ir-ricevitur tal-hidma tal-politici izda l-bniedem ikun is-suggett u l-kontrollur. Dan jinkiseb bil-politika tas-sussidjarjeta’.
Jekk ic-centru tal-politika ma jkunx il-bniedem shih u l-bnedmin kollha allura il-politika ma jkolliex siewi. Minghajr il-bniedem fic-centru taghha, il-politika tirriduci ruhha ghall-ezercizzju fit-thaddim tas-setgha. Il-politika, bil-bniedem fil-qalba taghha tibdel is-setgha f’servizz u l-bniedem f’mexxej.
Intom l-edukaturi tistghu tghinu hafna biex din il-vizjoni tkun integrata aktar fis-sistema edukattiva ta’ pajjizna. Ahna l-politici, imbaghad, ghandna dmir li nipprovdu r-rizorsi mehtiega biex is-sistema edukattiva ta’ pajjizna tkun tassew ghas-servizz tal-bniedem shih u tal-bnedmin kollha.
Il-Kurrikulu Minimu Nazzjonali diga jahseb biex il-valuri jkunu parti mill-edukazzjoni u l-izvilupp tat-tfal. Dan il-Kurrikulu hu bbazzat fuq principji li ghandhom fil-qalba taghhom l-izvilupp tal-valuri umani: il-valuri bazici tal-familja, l-imhabba, ir-rispett, l-inkluzjoni socjali, il-gustizzja, is-solidajreta’,u r-responsabbilita’ lejn haddiehor. Dawn huma principji mahsuba fil-kurrikulu biex ikunu parti ingetrali mill-izvilupp tat-tfal.
Filwaqt li s-suggetti tradizzjonali jibqghu importanti, il-bniedem shih jizviluppa billi jkollu gharfien ta’ dak kollu li niltaqghu mieghu fil-hajja, fil-hajja ta’ kuljum, fir-relazzjonijiet ma’ ta’ madawrna u dak li jdawwarna. Ghalhekk fi skejjel differenti qed isiru attivitajiet u diskussjonijiet dwar ic-cittadinanza, id-drittijiet tal-bniedem, id-diversita’, il-multikulturalizmu, il-globalizazzjoni, is-sostenibbilta’ u l-komunita’.
Ghadd hemm aktar xi jsir. Ghad hemm aktar x’jigi zviluppat u ghalhekk twaqqaf working group biex jirrevedi l-kurrikulu minimu nazzjonali. Dan hu process fit-tul u nistedinkom li taghtu s-sehem taghkom.
Jehtieg li minn fuq it-tfal taghna fl-iskejjel jitnehha l-istress zejjed li hemm, biex ikollhom aktar spazju ghal attivitajiet ohra, bhall-isports, id-drama, l-arti, u l-kreattivita’. Dawn kollha jghinuhom fl-izvilupp taghhom ta’ bnedmin shah. Working group iehor li twaqqaf fi hdan il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni sema lit-tfal, lill-genituri u lill-ghalliema dwar dak li jghaddu minnu t-tfal biex issehh it-tranzizzjoni mill-iskejjel primarji ghall-iskejjel sekondarji. Fil-granet li gejjin se jigi pubblikat il-konkluzjoni ta’ dan il-working group u tibda r-riforma biex il-mixja mill-primarja ghas-sekondarja tkun bla skossi, bla stress u t-tfal ikollhom aktar hin ghall-attivitajiet ohra li jghinuhom isiru bnedmin shah. Wara l-pubblikazzjoni tar-rapport se jibda process aktar wiesgha ta’ konsultazzjoni mat-tfal, mal-genituri u mal-ghalliema. Irridu li s-sistema edukattiva taghna tkun wahda li permezz taghha t-tfal jiehdu pjacir imorru l-iskola, il-genituri jkollhom mohhhom mistrieh mill-edukazzjoni ta’ uliedhom u l-ghalliema jkomplu b’sodisfazzjon il-karriera u l-professjoni taghhom. Dan kollu jaghti lok ghall-izvilupp tal-bniedem shih: tat-tfal, tal-genituri u ta’ l-ghalliema.
Filwaqt li l-genituri u l-carers tat-tfal ghandhom responsabbilita’ kbira, intom l-edukatturi dhaltu ghall-vokazzjoni li tghinu fl-izvilupp tat-tfal biex ihaddnu valuri mhux biss favur il-hajja izda anki dwar il-mod kif nghixu l-hajja mibnija fuq il-valuri.
F’dan is-seminar mhux se tharsu lejn dan kollu li semmejt. Se tharsu biss lejn aspetti partikolari. Izda nawguralkom li dawn l-aspetti partikolari tharsu lejhom fid-dawl ta’ din il-vizjoni usa li ftit ftit irridu nwettquha fl-oqsma kollha tal-hajja taghna.
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en