Left arrow Go Back

Titkompla d-diskussjoni dwar l-immigrazzjoni illegali fil-Core Group tal-MEUSAC fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern

PR1693
Date Icon 07/11/2008
Il-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Interndal-għodu laqa’ għandu l-Core Group tal-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSAC) biex jagħti preżentazzjoni dettaljata dwar l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna lill-membri ta’ dan il-kumitat.
Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti ic-Chairmantal-Core Group tal-MEUSAC l-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsultazzjoni Pubblika u Informazzjoni u Dr. Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC. Din il-laqgħa saret wara li kienet saret laqgħa tal-Core Group li kienet tittratta l-Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni fis-26 ta’ Settembru, 2008.
F’indirizz qasir qabel il-bidutal-preżentazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja u l-Intern, l-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici, qal li l-immigrazzjoni illegali hija waħda mill-akbar sfidi li għandu quddiemu pajjiżna. “M’hemmx ċavetta waħda biex din l-isfida tissolva. Huwa għalhekk li l-ħidma tagħna hija mifruxa fuq diversi fronti – mhux l-inqas l-enfażi tagħna biex l-Unjoni Ewropea tagħmel sforzi akbar biex jinstabu soluzzjonijiet għal dawn l-isfidi b’mod solidali u ko-ordinat,” qal il-Ministru.
Għalkemm ittrattat l-aspetti kollhatal-immigrazzjoni illegali f’Malta, il-preżentazzjoni iffukat fuq l-obbligazzjonijiet internazzjonali ta’ Malta f’dan il-qasam, il-politika li qed titħaddem mill-Gvern u x’qed isir mal-Unjoni Ewropea biex jigu indirizzati l-isfidi li jippreżenta dan il-fenomenu għal pajjiżna.
Ta’ min jgħid li għalkemm il-Patt dwarl-Immigrazzjoni u l-Ażil bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea poġġa l-pedament għal politika komuni għal dawn l-oqsma u qed jintroduċi mekkaniżmu biex il-piż ta’ l-immigrazzjoni illegali jinqasam bejn is-27 stat membru, Malta diġà kienet qed tisfrutta l-opportunitajiet ta’ finanzjament mill-Unjoni Ewropea għal dan il-qasam.
Fost dawn hemm proġett ġdid li beda jitħaddemdin il-ġimgħa, imsejjaħ Co-ordination and Provision of Welfare Services in Closed Centres li għandu l-għan li jgħati training lill-immigranti waqt li dawn ikunu qed jinżammu f’detenzjoni. Il-proġett li għandu valur ta’ madwar €385,000 qed jiġi ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea taħt item tal-Fond ta’ Emerġenza imsejjaħ Solidarity in Action.
L-ewwel kors li beda jingħata fiċ-ċentru ta’detenzjoni ta’ Lyster, f’Ħal Far qed jiffoka fuq l-orjentazzjoni kulturali. Korsijiet sussegwenti ser iħarrġu lill-immigranti fil-lingwi u l-isport.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow