Left arrow Go Back

Budget 2009: Bit-titjib fil-prodott turistiku nistgħu nkomplu nsaħħu t-turiżmu lejn pajjiżna

PR1685
Date Icon 06/11/2008
“Il-budget imħabbarmill-Gvern għas-sena d-dieħla qiegħed jinvesti bi sħiħ fit-titjib tal-prodott turistiku b’total ta’ €120 miljun li se jintużaw f’diversi proġetti  f’żoni turistiċi, inkluż titjib ta’ faċilitajiet u bajjiet, għaliex huwa titjib bħal dan li se jgħinna nibqgħu kompetittivi f’suq turistiku internazzjonali li qiegħed dejjem jinbidel.” Dan intqal mis-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu, l-Onor.  Mario de Marco meta iltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-GRTU, bħala waħda mil-laqgħat li qed ikollu mal-operaturi fis-settur turistiku, wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Huwa għamelreferenza għall-problemi internazzjonali li qed jaffettwaw pajjiżi li minnhom jiġu ammonti kbar ta’ turisti lejn pajjiżna u nsista li huwa ferm importanti li nibqgħu kompetittivi.
“Il-politika tagħnahija dik li nibqgħu ninvestu, kemm biex inżidu u nvarjaw l-aċċessibbiltà lejn pajjiżna, kif ukoll b’investiment qawwi fil-prodott sabiex nkomplu nibnu fuq dak li għamilna s’issa.”
Is-SegretarjuParlamentari de Marco elenka diversi proġetti li hemm ippjanati, fosthom l-upgrading tax-xtajta f’Tas-Sliema, tisbiħ fil-Qawra u f’San Pawl il-Baħar, u l-visitor attraction fil-Qawra.
Huwa kkonkluda billisaħaq li filwaqt li huwa importanti li jsir dan l-investiment kollu min-naħa tal-Gvern u l-awtoritajiet, il-partijiet kollha nvoluti fil-qasam turistiku – inklużi s-sidien tal-ħwienet u l-impjegati tagħhom – għandhom responsabbiltà kbira li jaraw li min iżurna, jingħata esperjenza pożittiva u jingħata wkoll valur tajjeb għall-flus li qed jonfoq sabiex għazel li jiġi Malta għall-btala tiegħu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow