Budget 2009: Is-settur tat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin - niċċa importanti fl-industrija turistika ta’ pajjiżna
PR1683
06/11/2008
| “Il-budget | imħabbar mill-Gvern għas-sena d-dieħla kompla jindirizza s-settur tat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin bħala parti importanti min-niċeċ differenti li jiffurmaw l-industrija turistika ta’ pajjiżna.” Is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, l-Onor. Mario de Marco qal dan f’laqgħa mal-Federazzjoni tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż (FELTOM), bħala waħda mis-sensiela ta’ laqgħat li qed isiru mal-operaturi fis-settur turistiku wara t-tħabbir tal-Budget għas-sena d-dieħla. |
| Huwa għamel | referenza għall-problemi internazzjonali li qed jeffettwaw dan is-settur tant kruċjali għall-gżejjer Maltin u insista li huwa ferm importanti li t-turisti li jżuruna – inklużi dawk li jiġu hawn sabiex jitgħallmu l-Ingliż – jaraw valur miżjud għall-flus li jonfqu biex jiġu fostna. |
| “Il-politika tagħna | hija dik li nkomplu nħeġġu sabiex pajjiżna jibqa’ jkun ċentru fejn il-barranin jiġu jitgħallmu l-Ingliż minn organizzazzjonjiet professjonali, f’ambjent sabiħ, f’sigurtà u fuq kollox fejn nuruwhom li pajjiżna huwa post fejn jistgħu jerġgħu jiġu.” |
| L-Onor. Mario de | Marco irrefera wkoll għal miżura mħabbra fil-budget li se tkompli żżid l-ammont ta’ dħul mhux taxxabbli għal dawk li jospitaw studenti għandhom sa €3,500. Huwa kkonkluda li dan qed isir sabiex inkomplu nħajru aktar familji jidħlu għal din it-tip ta’ attività u jkunu huma li jkattru wieħed mill-valuri fundamentali ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika, jigifieri l-ospitalità. Huwa saħaq fuq il-ħtieġa li dawn jifhmu r-responsabbiltà li għandhom sabiex dejjem juru aspetti pożittivi ta’ Malta. |
Other Press Releases:
PR261983
PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...
PR261982en