Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-WIRJA TA’ L-ARTI "THE RADISSON ARTS EXPRESSIONʺ -  SAN ĠILJAN -   5 TA’ NOVEMBRU 2008

PR1679
Date Icon 06/11/2008
Huwa l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkomillejla biex niftaħ din l-esibizzjoni kollettiva ta’ arti.
Huwa ta’ inkuraġġiment u ta’ sodisfazzjon kbirmeta nara dan il-grupp ta’ artisti jesponu x-xogħlijiet u l-kreattività tagħhom.  L-esibizzjoni ta’ llum tiġbor numru mdaqqas ta’ xogħlijiet ta’ kull tip u forma fosthom pittura, fotografija u ċeramika. U kollha jesprimu l-kapaċità u l-ħiliet differenti.
Esibizzjonijiet bħal tal-lum mhux biss jurul-kapaċitajiet u t-talenti tal-artisti imma jibagħtu messaġġ li dan hu poplu fejn il-kultura artistika hija ħajja u qed tkompli tiżviluppa bil-parteċipazzjoni taż- żgħażagħ.
Kull xogħol li hawn esibit illejla huwa l-qofolta’ dedikazzjoni, perseveranza u element ta’ studju.  Għalhekk kull min qiegħed jesibixxi x-xogħol huwa tabilħaqq xempju għat-tfal, żagħżagħ u adulti, biex ma jaqtgħux qalbhom u jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jkomplu jinvestu fihom.
Il-Gvern jemmen fil-potenzjal tal-poplu Malti uGħawdxi.  Il-Gvern irid li fl-iskejjel tagħna jkun hemm aktar spazju għall-arti, drama, sports u kreattività f’kull qasam.  Li nħallu t-tfal ikunu kreattivi għandha valur.  It-tfal għandhom jitħallew jimirħu, jistaqsu, jagħtu interpretazzjonijiet ġodda għal dak li jagħmlu.  Ikunu kreattivi.
Fil-ftit snin li ilu miftuħ il-Kavallier ta’ SanĠakbu, sar bejta ta’ attività kulturali u ta’ kreattività mit-tfal sal-kbar.  F’dan iċ-Ċentru għall-kreattività jsiru wkoll programmi għat-tfal sa miċ-ċkunija tagħhom biex jesperimentaw u jkunu kreattivi.  Dan isir f’ambjent fejn ikun hemm ukoll wirjiet għaddejjin u għalhekk meta t-tfal jiġu f’dan il-post ikunu esposti għal xogħlijiet artistiċi differenti.  Kull sena mijiet ta’ tfal ta’ etajiet differenti, minn erba’ snin ‘il fuq jipparteċipaw f’dawn il-programmi.  It-twaqqif tal-Istitut tal-Arti u d-Disinn fl-MCAST joffri opportunità biex studenti, kemm żagħżagħ, kif ukoll adulti, ikomplu jiżviluppaw l-arti tagħhom.
Nixtieq ukoll nieħu l-opportunità biexnirringrazzja lis-settur privat għas-sehem tiegħu biex ikabbar l-apprezzament tal-arti u għall-għajnuna li jagħti lill-artisti biex ikunu jistgħu jtellgħu dawn l-esibizzjonijiet.  Il-Corporate Cultural Responsibility, fejn kumpaniji juru l-impenn u l-appoġġ tagħhom lejn l-iżvilupp kulturali tas-soċjetà għandha tissokta u tiżdied.  Dan ikun stimulu ieħor għall-artisti li għandna f’pajjiżna.
L-investiment, kemm mill-Gvern, kif ukollmis-settur privat fl-apprezzament tal-arti, jnissel fina tama f’ġejjieni artistiku u kulturali dejjem isbaħ bil-ħidma tagħna lkoll.
Filwaqt li nifirħilkom għax-xogħlijiet tagħkom,nawguralkom għall-futur.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES  Maltese parliamentary delegation participates in the Inter-parliamentary conference on Stability, Economic Coordination and Governance in the EU

PR261983

PRESS RELEASE BY THE HOUSE OF REPRESENTATIVES Maltese parliamentary delega...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR261982en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow